Where your opinion counts

Inħarġu struzzjonijiet biex id-deputat Alex Borg ma jkunx fit-television tal-Partit Nazzjonalista

Dan is-sit jinsab infurmat li nħarġu struzzjonijiet mid-Dar Ċentrali biex Alex Borg ma jkunx fuq l-istazzjonijiet tat-television tal-Partit Nazzjonalista u ma jkunx mistieden biex jattendi fuq stazzjonijiet oħrajn biex jitkellem f’isem il-Partit Nazzjonalista. In fatti, Borg ilu ma jkun fuq it-television tal-Partit Nazzjonalista mis-26 ta’ Mejju li għadda. Min-naħa l-oħra, l-aħħar darba jew aħjar l-aħħar li nstema’ l-leħen tiegħu fuq r-radio tal-Partit Nazzjonalista kien fit-13 ta’ Ġunju.

Infakkar li Alex Borg ma tħalliex jattendi il-programm ta’ Simon Debono minn Simon Vella Gregory.

Infakkar li hawn qed nitkellmu fuq deputat li huwa l-kelliem Nazzjonalista għall-Għawdex.

Infakkar li kien bis-saħħa ta’ Alex Borg li l-Partit Nazzjonalista ma ġabx telfa ikbar fuq Għawdex.

Infakkar, li Alex Borg ġab aktar minn 50% tal-voti li ġab il-Partit Nazzjonalista fuq dan id-distrett.

Dan juri u jikkonferma li Bernard Grech ma jimpurtahx minn Għawdex.

Minflok, il-PN jiffoka biex jaħdem fuq dan id-distrett li kien fortizza Nazzjonalista, in-nies ta’ Bernard Grech qed jaħdmu kontra tiegħu u saħansitra qed jagħmlu kruċjata biex ma jidhirx kemm fuq l-istazzjonijiet tal-Partit Nazzjonalista u kemm dawk pubbliċi u privati.

Kif ser ikolli ċans nirrapporta qed iseħħ kruċjata istituzzjonali kontra dawn l-istess stazzjonijiet privati li jażżardaw jistiednuh.

2 thoughts on “Inħarġu struzzjonijiet biex id-deputat Alex Borg ma jkunx fit-television tal-Partit Nazzjonalista

  1. Bernard ma jompurtahx mill-PN. Jimputah biss li jsalva hu u jibqa kap. Dar ragel lest ifarrak partit biex isalva hu. U Simon Vella Gregory ragel bla sinsla. Komplu farrku il PN. Sal elezzjoni li gejja il-PN anqas jibqa jingharaf.

  2. 1. Min hareg l-istruzzjonijiet irid jippublika ismu. Jekk ma joghgbux jitlaq hu/ tilapia hi mill-partit.
    2. Mhux kulhadd jaqbel li tezamina l-embrijuni u taghmel ‘pick and choose’. Altrimenti nibdew nipproducu l-clones! (Kopji ta’ nies li diga jezistu).
    3. Fejn hemm kwistjoni ta’ kuxjenza tista topponi bil-vot tieghek fil-parlament minghajr ma tkun ikkastigat. (Ghalkemm nemmen ukoll li jekk tmur kontra l-maggoranza trid tispjega ruhek).
    4. Jekk naccettaw li l-maggoranza dejjem ghandha ragun naslu ghall-argument li min kien responsabbli li Kristu jissallab ha d-decizjoni t-tajba. (Kieku nargumentaw hekk, ir-religjon taghna tigi fix-xejn!)
    Fil-kaz ta’ sidna Gesu Kristu il-maggoranza kienet il-poplu (Sallbu, sallbu!).
    Bl-Ingliz il-process jissejjah ‘mob rule’
    .

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *