Għaddejja rivolta interna kontra Robert Abela
Minn osservatur politiku
Hu ċar li Robert Abela għaddej minn rivolta interna fil-Partit Laburista. Qed naqraw fuq il-mezzi tax-xandir diversi li l-eks-Prim Ministru u l-eks-mexxej Laburista Joseph Muscat ħareġ iwissi li mhux se jibqa’ kwiet quddiem il-fatt li Frederick Azzopardi se jitressaq il-qorti għax kiser il-liġi u ġie jaqa’ u jqum mill-permessi li ma ħarġux mill-Awtorita tal-Ippjanar.
Ma kienx biss l-eks-Prim Ministru Joseph Muscat li tkellem, imma ħarġu jiddefenduh ukoll l-eks- Segretarju Ġenerali u Kap tal-Media Laburista Jason Micallef u l-eks-preżentatur Manuel Cuschieri. Dan ta’ l-aħħar għadu kemm twaqqaf milli jippreżenta programm politiku tiegħu fuq ONE.
Issa jidher ċar għala l-programm ta’ Jason Micallef twaqqaf biex ma jservix ta’ banketta għal Joseph Musct. L-analiżi ta’ dan is-sit kienet korretta.
Ma’ Jason Micallef u Manuel Cuschieri ngħaqad ukoll Jeffrey Pullicino Orlando. Dawn ma qagħdux jomgħodu kliemhom imma kienu diretti fuq il-pożizzjoni tagħhom.
Saħansitra Cuschieri ħareġ jgħid lis-segwaċi tiegħu biex meta ikun hemm il-kawża, jinġabru quddiem il-qorti bħala solidarjeta ma’ Azzopardi.
Imma affarijiet li jiskantawk u ma jitwemmnux, quddiem dan kollu il-Partit Nazzjonalista rieqed. Lanqas nofs ta’ kelma. In-NET ma jgħid xejn. Il-kelliema tal-partit ma jgħidu xejn u lanqas il-membri parlamentari. Kollha ssummati jiddefendu lil Bernard Grech mill-kritika ġusta ta’ Robert Arrigo.
Qumu mir-raqda Nazzjonalisti!
Mhux veru li l-Labour invinċibbli! Qed iqumu kontra xulxin!