Joseph Muscat jibgħat messaġġ lil Robert Abela li ser jibqa’ mas-suldati tiegħu

Minn suldat tal-azzar.

Joseph Muscat jerġa’ jidħol fix-xena politika biex ifaħħar lill-persuna li skont hu wettaq dmiru tajjeb iżda forsi ma kienx mill-aħjar fil-mod ta’ kif wettaq il-ħidma tiegħu.  Hawn qed nirreferi għall-każ tas-Sur Frederick Azzopardi li ser jittella’ l-qorti minħabba xogħol illegali li kien sar.

Muscat dlonk jidħol f’xena biex jiddefendi dawk li dejjem kienu qrib tiegħu u hemm tara kemm il-moviment ta’ Muscat kien mibni fuq il-lealta’ ta’ dawk li miegħu bnew dan il-moviment.

Fl-istess waqt, Muscat jiddefendi din il-lealta’ billi juri dawk kollha li huma tiegħu fl-amministrazzjoni tal-istituzzjonijiet, huma l-klassi l-ġdida tal-untouchables. Li huma, għaliex jaħdmu ħafna (inkluż Muscat stess) ma għandhomx jitilfu ħin minn ħajjithom jitilgħu l-qorti biex jippruvaw l-innoċenza tagħhom.

U meta jitkellem Muscat, dik hija kelma ’l fuq mil-liġi.  Fuq kollox l-istituzzjonjiet huma mmexxija b’mod ġenerali minn ħafna persuni tal-istess moviment li waqaf Joseph Muscat.

Hawn Muscat qiegħed joħloq kundizzjoni għall-gvern ta’ Robert Abela u jafferma li n-nies tiegħu, li kellu fiduċja fihom, ma għandhom imisshom ħadd.

Il-kelma ta’ Muscat turi kif minkejja dan ir-ragel ma għadux fix xena politika, huwa kapaċi jidħol u joħroġ x’ħin jrid f’din ix-xena.  Muscat għadu qed juri lil Abela li hu għadu jimpurtah min-nies li kienu urew fiduċja fih.  Għalhekk, filwaqt li tkellem biex jiddefendi lil Frederick Azzopardi, huwa ħa din l- okkazzjoni biex jerġa’ juri li hu u dawk li ħadmu miegħu għandhon jitħallew fil-kwiet.

B’din id-difiza huwa qed jorbot idejn Abela fl sforzi tiegħu biex juri li Abela qiegħed imexxi ammistrazzjoni differenti minn ta’ Muscat. F’kelma waħda Muscat qal lil Abela “hands off my people”.

Din iI-protezzjoni tidher sabiħa għal min jaqa’ taħtha iżda għall-pajjiż fiha l-periklu tagħha għaliex hija difiża li tista’ tfisser aktar arroganza.

Għal PN, din id-difiża tfisser ċanfira. Tal-PN ftit li xejn jistgħu jitkellmu kontra tagħha, għaliex kull meta jitkellmu kontra dan is sens ta’ lealta’ u kolleġġjalita’ bejn dawk li huma ta’ Muscat, tal-PN jibdew jgħejru kif huma qatt ma  kellhom lil min jaqbeż għalihom bħal ma’ Muscat jidħol fin-nar għal dawk li huwa tiegħu.

One for all and all for one: fuq din il-lealta’, Muscat bena l-imperu poltiku tiegħu imma bħal Napuljun, waqt is-siegħa tal-prova, qed juri li huwa baqa’ u ser jibqa’ mas-suldati tiegħu f’nofs il-battalja.

4 thoughts on “Joseph Muscat jibgħat messaġġ lil Robert Abela li ser jibqa’ mas-suldati tiegħu

  1. Dak li tohlom int profs tiktbu, jew jiktbuhulek! Kieku qrajt x’kiteb JM kont tinduna li qal, ‘mhux qed nirreferi ghal gvern Laburista!
    Pero jekk trid iddahhaq in-nies bik, ghandek dritt ukoll…

  2. Ktibt artiklu msejjes fuq pedament tat-tafal. Se nikkwotalek parti mill-artiklu tieghek stess fejn inti waqqajt il-gebla fuq saqajk u urejt li l-argumenti kollha li gibt mhumiex validi.

    Inti ktibt: “ma għandhomx jitilfu ħin minn ħajjithom jitilgħu l-qorti biex jippruvaw l-innoċenza tagħhom”.

    Il-premessa li xi hadd ghandu jitla’ l-qorti sabiex jipprova l-innocenza tieghu hija mhux biss zbaljata izda wkoll tmur kontra d-drittijiet tal-bniedem. Il-gustizzja ma tahdimx b’dan il-mod, wiehed ma jistax jintefa fil-limbu tal-processi tal-qorti umbghad jekk irid jipprova l-innocenza tieghu. L-iktar principji bazici tal-ligi jghidulek li huwa l-prosekutur li jrid jipprova “minghajr ombra ta’ dubju” li xi hadd huwa hati u mhux bil-kontra kif qed tghid inti.

    Ghaldaqstant dan kollu juri li Joseph Muscat qed jaghmel sew li jaqbez ghall-Inginier Azzoppardi u jinkwieta meta l-istat tal-istituzzjonijiet jahdem bil-maqlub sempliciment sabiex nisimghu minn xi erba’ ambjentalisti li f’hajjithom qatt ma offrew l-ebda proposta konkreta u realistika’ sabiex nissalvagwardjaw l-ambjent u hlief iparlaw u jtellfu m’ghamlux.

    Mill-banda l-ohra permezz tal-Management tal-inginier Azzoppardi illum ghandna network ta’ toroq modern, li ghalkemm mhux perfett, huwa certament avvanz kbir fuq it-telqa ta’ toroq u sqaqin b’karregjati wahda li kellna sal-2012.

  3. hlief kliem ta tghaweig ta fstti mhux qed insegwu dwar dak akkuzat bih is-Sur Fredrick Azzopardi, Inginier habbrieki ubonedt f-xoghlubbu kif weta bil provi il kapacita tieghu f-xoghol li qatt ms sehh f-Malta bhal l-infrastruttura ta pontijiet u ” flyovers ” kbar u mghamulin barra min Malta u tpoggrw f-posthom ezatt u perfetti u kull xoghol sar minghajr turbazzjoni ghat-traffiku kontinwu biex jitnaqqa il hin ghax-xoghol u tniggis li johloq mard u ta din il hidma qed jigi akkuzat b-abbuz ja marmalja infami mill.korroti bil provi ta zmienhom fil poter

Leave a Reply

Your email address will not be published.