Il-problema hu Bernard Grech

Minn osservatur politiku

Bħalissa l-partit glorjuż li kien (u għadu) jissejjaħ Partit Nazzjonalista qed jieħu daqqiet ġo l-istonku tiegħu minn kull naħa. Ilu għaddej hekk għal snin. Raġuni prinċipali hija li kien hemm klikka li ma rrispettatx il-vot tat-tesserati u kissret partit. Imma aktar minn hekk l-istess klikka għamlet għażla li riedet hi u wikkiet lill-Partit Nazzjonalista b’kap li ma għandux il-kapaċita’ li jmexxi. Dan deher ċar bir-riżultat tal-elezzjoni ġenerali u qed ikompli jikkjarifika ruħu iżjed issa li bdew jitkellmu aktar protagonisti li qed juru li d-diviżżjoni li kien hemm qed tikber ħafna aktar. Dan għaliex qed jinkixfu affarijiet li ma konniex nafuhom u imn’Alla qed jintqalu għax kienu jibqgħu mistura għal dejjem u l-partitarji ma kienux ikunu jafu minn hemm fit-tmexxija.

Il-Partit Nazzjonalista għandu bżonn jitheżżeż waħda sewwa. Kif qalgħet it-Times jista’ jkun li hemm bżonn ta’ ampjutazzjoni u hekk itiru diversi nies. Illum qed jinftiehem iżjed minn qabel li l-Partit Nazzjonalista lanqas għadu jintgħaraf u ma jistax jitqies aktar bħala partit glorjuż jew partit li jista’ jiġi fdat biex imexxi lill-pajjiż. Issa d-diviżjonijiet qed jidhru ħafna iktar ċari. Kulħadd qed jikkonkludi li Bernard Grech qatt ma kien il-bniedem idoneu biex imexxi lill-Partit Nazzjonalista. Kulħadd qed jammetti li l-akbar oxxenita li saret kienet meta wara telfa storika bħal dik, ħareġ jitlob għal mandat iżjed b’saħħtu.

Hemm tilef kull umilta’ u wikka lill-Partit Nazzjonalista bi prużunzjoni li qatt ma rajna bħalha. Fuq il-medja soċjali nkiteb li l-Partit Nazzjonalista sar qisu binja antika li hija parti mil-patrimonju tal-pajjiż li għandha bżonn restawr estensiv biex terġa’ tieħu r-ruħ. Qed ifisser li l-Partit Nazzjonalista għandu bżonn tibdila radikali li twarrab il-grupp ta’ mexxejja li hemm u jitpoġġa team differenti u ġdid. Min ser jidħol għal dan ir-restawr irid ikun kapaċi daqs id-direttorat tar-restawr.

Hawnhekk qed jintqal li mhux kull restawratur ser ikollu l-kapaċita’ biex joħloq xi ħaġa tajba minn dak li għandu. Mhux kull min jiżżattat għal biċċa xogħol bħal din ser ikun il-persuna idonea li jwassal għal ġid mistenni. Nistgħu nagħtu l-eżempju li mhux kull kuntrattur jasal biex jagħmel biċċa xogħol professjonali u tajba minn kull biċċa oġġett għar-restawr. Allura huwa bżonnjuż li min jintgħażel irid ikun bniedem ta’ livell neċessarju.

Barra minn hekk iridu jitkeċċew dawk il-ħafna squatters li qed jgħixu f’din l-istess binja antika. Dawn iridu bil-fors jitkeċċew mill-binja jekk verament irridu li l-Partit Nazzjonalista jieħu r-ruħ. B’dan il-bdil neċessarju jista’ jkun li l-Partit Nazzjonalista jerġa’ jsib il-post mistenni minnu. L-istorja tgħallimna li l-Partit Nazzjonalista fil-Gvern għamel ħafna ġid għall-pajjiż. Kif inhu bħalissa lanqas biss jista’ joħlom li jista’ jmexxi, aħseb u ara jkun ta’ ġid.

L-ewwel huwa obligatorju li jsolvi t-taħwid enormi li għandu fid-dar tiegħu, imma dan ma jissolviex, kif qal Bernard Grech billi min għandu xi kwistjoni mal-Partit imur jitkellem fl-istrutturi. Il-kwistjoni ma hix mal-Partit Nazzjonalista imma mal-fatt li l-kap preżenti, jiġifieri Bernard Grech innifsu mhux il-persuna addatta biex tmexxi dan il-partit. B’hekk hemm bżonn jinstab ħaddieħor li jippreżenta ruħu għat-tmexxija tal-pajjiż.

3 thoughts on “Il-problema hu Bernard Grech

  1. jiena ma naqbilx li il-PN ghamel hafna gid ghal poplu Malti u Ghawdxi meta halla dejn pubbliku ta madwar 5 biljuni, mtaa halla qaghad ta madwar 8,000 persuna ifittxu ix-xoghol, meta ghabba lill pajjiz b-hafna jirregistraw ghax -xoghol i holoq sistema jew tiehu dan inkella warrab min hawn ( take it or leave it ) meta dahhal lill Malta ma Ghadda hafna lejn Guda jew politikanti superjuri fejn hadd ma jista ghalijhom bhal dawk il-konservattivi li qed jghagnu lill ohrajn izghar minnhom. Insomma ukoll meta fi zmien EFA dahhal vapuri tal -Gwerra bil- Missile heads fil portijiet Maltin theddida ghal poplu kollu kontra l-girien taghna, mela fejn kien il ” hafna gid “u xi nghajdu ghal pinnoli “out of stock “, appuntamenti u operazzjonijiet jistennew fit-tul, u jekk trid tinqedl mur ghandil privat u taqbes il que, eyc,etc,etc

  2. PN Glorjuz ???? ma niftakrux dak iz zmien .!!!, u jekk il mentalita ta dawk li jridu jibdlu lill Pn u / jew lill Bernard Grech hi li jharsu lejn din Il glorja fis shab,…. mela hemm se jibqaw fejn qedin illum b’nies differenti fl isem biss….. imbilli bidlu lill Gonzi u lill Simon u lill Adrian u issa jippuntaw , jekk qed nifhem sew , lill Bernard …. Il mentalita faxxista hemm ghada

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *