Jekk hemm xi ħadd li dgħajjef l-Oppożizzjoni dan hu Bernard Grech.

Minn qarrej ta’ dan il-blogg.

Bernard Grech ma jafx jistħi. Dan hu raġel li jaf jitfa’ l-ħtija ta’ dak li jagħmel hu fuq ħaddieħor. Illum il-Partit Nazzjonalista hu bħal dak il-vapur li qiegħed jegħreq u l-kaptan jibqa’ jgħid li l-vapur mixi sewwa.

Wara d-diskors ta’ Robert Arrigo, minflok Bernard Grech żamm is-silenzju, ħareġ jattakkah. Minflok ħares madwaru biex jara x’qed jiġri għaliex anki mis-surveys qed juru li sejjer ħażin, ħareġ jgħid li huwa fis-sewwa.

Għall-kontrarju u b’kull supervja, Bernard Grech u saħbu jibqgħu jemmnu li kollox sejjer sewwa. Tgħid baqa’ min tassew jixtieq il-ġid lill dan il-pajjiż?

Qiesu ma hemmx tama.

Bernard Grech aħjar jaħseb jekk dak li qiegħed jgħid jgħoddx aktar għalih milli lil min qiegħed jaħseb li qiegħed jakkuża.

Fi kliem ieħor, jekk hemm xi ħadd li dgħajjef l-Oppożizzjoni dan hu Bernard Grech innifsu.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *