Bernard Grech jerġa’ jinqabad fuq sieq waħda: din id-darba dwar il-każ tas-Sindku ta’ San Ġiljan Albert Buttigieg
Wara li Robert Arrigo tkellem kif tkellem dwar ir-rapport mill-bord tal-Etika li nżamm mistur minn Bernard Grech, l-istess Grech ressaq dan ir-rapport quddiem l-amministrattiv tal-Partit Nazzjonalista. Dawn wassal biex il-Partit Nazzjonalista ħareġ stqarrija u fiha sirna nafu li l-amministrattiv ittratta dan ir-rapport tal-bord tal-Etika flimkien ma’ rapport ieħor li kien jikkonċerna l-każ tas-sindku ta’ San Ġiljan, Albert Buttigieg. Albert Buttigieg kien kiteb artiklu dwar ‘fat cats’ f’The Times. Dan l-artiklu kien ispirat mill-istorja ta’ Ray Bezzina li spiċċa jaħdem mad-DB Group.
Fuq ir-rapport dwar is-sindku tan-Naxxar ġa tkellmit f’artiklu ieħor. F’dan l-artiklu urejt li Robert Arrigo kien qed jgħid is-sewwa meta qal li dan ir-rapport kien ilu lest u nżamm moħbi. Fi kliem ieħor, Bernard Grech gideb meta qal li r-rapport ma kienx lest u reġa’ gideb meta pprova juri li Arrigo ma kienx qed jgħid is-sewwa dwar x’ġara dwar dan r-rapport. Mill-istess stqarrija li ħareġ il-Partit Nazzjonalista joħroġ ċar li r-rapport tqajjem u tressaq quddiem l-amministrattiv għaliex tkellem Robert Arrigo.
Imbagħad hemm il-każ ta’ Ray Bezzina. Hu ċar li bil-mod kif ġiet miktuba l-istqarrija tal-Partit Nazzjonalista, din saret biex tiddefendi lil Ray Bezzina a skapitu tas-sindku Nazzjonalista ta’ San Ġiljan, Albert Buttigieg.
Issa x’ġara? The Times għadha kif ippubblikat artiklu dwar ir-rakkommandazzjonijiet li kien hemm mill-bord tal-Etika wara li dan il-bord sema’ x’kellu x’jgħid Albert Buttigieg. U għal darba oħra, Bernard Grech inqabad fuq sieq waħda. Fi kliem ieħor, permezz tal-istqarrija li ħareġ il-Partit Nazzjonalista, Bernard Grech ried jagħti verzjoni differenti u jaħbi l-verita’ ta’ dak li nkiteb f’dan ir-rapport.
Minn The Times insiru nafu li l-Kummissjoni tal-Etika tal-Partit Nazzjonalista għamlet żewġ rakkommandazzjonijiet. Bl-ebda mod dawn ma ssemmgħu fl-istqarrija li ħareġ il-Partit Nazzjonalista. Il-bord wera li sitwazzjoni bħal dik ta’ Ray Bezzina fejn impjegat għoli tal-Partit Nazzjonalista jispiċċa jaħdem ma’ xi kuntrattur immedjatament wara li jispiċċa minn mal-Partit Nazzjonalista ma għandix tirrepeti ruħha.
Dan is-sit jista’ jiżvela li dawn ż-żewġ rakkommandazzjoni għamilhom Albert Buttigieg innifsu lill-Kummissjoni tal-Etika waqt il-laqgħa li kellu magħhom.
L-ewwel rakkomandazzjoni hija dik li l-Partit Nazzjonalista jkollu politika li dawk li jaħdmu miegħu ma jkunux jistgħu jmorru mill-ewwel jaħdmu ma xi kuntrattur kbir. Din tissejjaħ “revolving doors policy”.
It-tieni suġġeriment ta’ Albert Buttigieg kien li jiddaħħlu provvedimenti biex ikun inkoraġġit li jkun hemm dawk li llum jissejħu whistle blowers li jressqu jitkellmu fil-Partit Nazzjonalista mingħajr ma jġarrbu xi konsegwenzi.
Minħabba l-fatt li l-istqarrija tal-Partit Nazzjonalista ma semmiet xejn dwar dan kollu wieħed jistaqsi għala dan ir-rapport u anki l-ieħor ma ġewx ippubblikati?
Illum Bernard Grech tilef kull awtorita’ morali li jikkritika lill-gvern għaliex huwa qed jaġixxi bħal gvern tal-ġurnata u jipprova jaħbi r-rapporti tal-investigazzjonijiet li jkunu saru.

Kemm se hdum jigdeb Bernard. Mhux ahjar jiffacja ircrejalta. Kap giidieb u inkompitenti. Warrab qabel juruk il bieb ta barra.