Aktar dwar kif ġie trattat ħażin Robert Arrigo

Minn osservatur politku

L-ewwel kellna lill-kap tal-Partit Nazzjonalista jgħid biex ma tinkitibx kritika kontra l-partit fuq il-medja soċjali. Ftit tal-ġranet ilu jmitah il-viċi-kap li għadu kif laħaq u qalilna li jħossu mdejjaq bil-kritika kollha li qed tidher fuq il-medja soċjali. Issa reġa’ tħajjar il-kap li għal darba oħra qal li hemm il-fora tal-partit fejn għandha issir il-kritika lejn il-Partit Nazzjonalista.

Fil-verita’ dak li ma qalx Bernard Grech huwa li taħtu dawn il-fora ma jaħdmux. Jien ninsab infurmat li Robert Arrigo kien iressaq ilmenti tiegħu f’diversi il-fora tal-partit. Minflok semgħu minnu, komplew warrbuh. Anzi dak li għadda minnu kien ir-riżultat talli hu kien beda jagħmel ħafna mistoqsijiet interni u kien kritiku – b’mod oġġettiv – ta’ kif kie qed jaħdem il-Partit Nazzjonalista taħt Bernard Grech. Mela, dawn kull ma jridu hu li jagħmlu sarima ma ħalq il-partitarji tal-partit biex ma jiftħux ħalqhom.

Bernard Grech, fl-aħħar interventi tiegħu, qal lil Robert Arrigo li meta jdgħajjef l-Oppożizzjoni jkun qed idgħajjef lill-pajjiż. Biex qed idgħajjifha lill-Oppożizzjoni Robert Arrigo għax qed jitkellem? Issa anki The Times stembħet u lbieraħ kellha editorjal kien appuntu tgħid li b’Bernard Grech fit-tmexxija, dan il-partit qatt ma jista’ jmur fil-gvern.

Imma issa Robert Arrigo qed idgħajjef l-Oppożizzjoni għax qal lil Bernard Grech li għandu jirreżenja. Issa anki The Times qed tgħidlu l-istess!

Fuq kollox Bernard Grech qed jgħid li Robert Arrigo qed idgħajjef l-Oppożizzjoni għaliex qal li pampaluni ta’ madwar Grech ħadu deċiżjonijiet ħżiena għax kellhom il-barka tat-tmexxija tal-Partit. Dak li missu qal Bernard Grech huwa li Emvin Bartolo qed idgħajjef lill-partit bl-attitudnijiet ta’ arroganza tiegħu!

Kull kap kien jidher bil-viċi-kap jew kapijiet madwaru. Allura għaliex kien differenti Bernard Grech ma’ Robert Arrigo? Fejn qatt smajnieha li viċi-kap ma jitħalliex jitla’ fuq il-palk meta l-kap ikun qed jindirizza lin-nies. U min qabbad lil dawn il-pampaluni biex jieħdu dawn id-deċiżjonijiet?

Dan li ser ngħid hu dak li jien rajt b’għajnejha għaliex kont hemm. Jien rajt lil Emvin Bartolo jeskorta lil Robert Arrigo taħt il-palk qiesu xi kriminal. Dak in-nhar ma fhimtx x’ġara. Tħassaru lil Arrigo. Illum nafu x’ġara. Fi kliem sempliċi Bartolo qal lil Arrigo li jista’ joqgħod fejn irid basta mhux fuq il-palk fil-meeting ta’ Tas-Sliema u biex ikun żgur li Arrigo jobbdi eskortah. U l-agħar li dan Bartolo lanqas indenja ruħu joffrilu siġġu meta kien jaf li Arrigo kien għadu ħiereġ minn żmien l-isptar. Kieku verament Robert Arrigo ried idgħajjef l-Oppożizzjoni kien jgħid il-fatti kollha. Dak li qal huwa biss il-ponta tal-iceberg.

Fil-verita’ Bernard Grech qed jattakka lil Robert Arrigo biex jgħatti ħotobtu. Mossi bħal dawn bil-fors iġibu l-firda fost kull livell fil-partit. Ma tistax tistma lill-viċi-kap b’dak il-mod. Ma tistax twarrab lill-viċi-kap tiegħek waqt kampanja elettorali. Kulħadd jaf li Bernard Grech ma riedx il-viċi-kapijiet li kellu, għaliex ried waħda mara, imma għaliex dawn baqgħu hemm, ma jfissirx li dawn kellhom jkunu jwarrba minn kull deċiżjoni li l-Partit Nazzjonalista beda jieħu.

U lil Arrigo ma tħajrux itajruh qabel għaliex kieku jafu li jekk jagħmlu hekk, kienu jġibu riżultat agħar milli ġabu fl-elezzjoni ġenerali. Kieku l-elettorat kien jaf kif Bernard Grech kien qed jistma lil Robert Arrigo, it-telfa tal-Partit Nazzjonalista kienet tkun ikbar. Il-kostitwenti ta’ Arrigo u l-poplu Malti kienu juru lil Dr Grech aktar l-għadab tagħhom lejn it-tmexxija tiegħu.

Leave a Reply

Your email address will not be published.