L-istqarrija tal-bieraħ tal-Partit Nazzjonalista tikkonferma li Robert Arrigo qal il-verita’ fuq il-każ tas-sindku tan-Naxxar.

Dan is-sit irċieva kommunikazzjoni minn tesserati Nazzjonalisti min-naħa t’isfel ta’ Malta. Dawn in-Nazzjonalisti qaluli li

Aħna tesserati mis-South. Aħna nies tat-triq. Rajna bil-kwiet l-istqarrija tal-kap kontra s-Sur Robert Arrigo. M’aħniex avukati jew bravi imma għandna moħħ. Ninnottaw li minkejja li s-Sur Robert Arrigo għaddej minn kankru, il-kap lanqas awguralu fejqan“.

Dawn it-tesserati komplew jgħiduli li

Aħna naqblu ma’ dak li għamel Robert Arrigo [jiġifieri li Robert Arrigo kiteb dwar dan il-każ fuq il-Facebook page tiegħu]. Fuq kollox, ir-riżultat tal-elezzjoni taħt Bernard Grech kien l-agħar li seta’ jkun. B’hekk dawn in-numri jagħtu

Imma l-prova ta’ kemm Robert Arrigo qal il-verita’ tinsab dwar dan il-każ tas-sindku tan-Naxxar tinsab hawn. Ilbieraħ kellna stqarrija mill-Partit Nazzjonalista stess. F’din l-istqarrija ntqal li l-każ tas-sindku tan-Naxxar ġie diskussi ilbieraħ stess fl-amministrattiv tal-Partit Nazzjonalista. U dan hu dak li ġara lbieraħ. Dan hu meħud minn l-istqarrija li ħarġet mill-Partit Nazzjonalista.

F’laqgħa tal-Amministrattiv tal-Partit Nazzjonalista li saret aktar kmieni llum ġie diskuss il-każ dwar il-kwistjoni ta’ żvilupp tat-Trade Fair Grounds, fin-Naxxar… Wara li saret d-diskussjoni kienet deċiża t-triq ‘il quddiem. Dwar il-kwistjoni tan-Naxxar, filwaqt li l-Partit sema’ dak li kellha xi tgħid is-Sindku tan-Naxxar Anne Marie Muscat Fenech Adami, kien konkluż u maqbul li l-affarijiet setgħu saru b’mod aħjar sabiex jiġu evitati dubji u għalhekk sitwazzjonijiet simili għandhom jiġu evitati.

Mela vera li r-rapport, kif qal Robert Arrigo, kien ilu lest. U konferma ta’ kemm dan tinsab hawn. Minn din l-istqarrija stess ħareġ u ġie kkonfermat dak li kien qal dan is-sit xhur ilu, jiġifieri, li l-bord tad-dixxiplina ma sabx xi nuqqasijiet kbar li jimmeritaw tkeċċija kif ried Bernard Grech u li ma kien hemm xejn gravi. Infakkar li wara li dan is-sit kien ippubblika din l-aħbar u din dehret ukoll fuq media oħra.

B’hekk hu veru kif qal Arrigo li dan ir-rapport kien ilu lest imma issa naf li ma ġiex diskuss għaliex ma kienx hemm fih l-ebda kundanna kontra s-sindku tan-Naxxar. Infakkar li Bernard Grech kien talabha fuq il-media biex titlaq.

Dan ifisser li dan ir-rapport ġie diskuss fl-amministrattiv 5 xhur wara l-elezzjoni. B’hekk hu minnu li dan ir-rapport fuq is-sindku tan-Naxxar baqa’ mistur, kif kien irrapporta dan is-sit, għax ma sarx kif xtaq Bernard Grech, jiġifieri li l-bord tad-dixxiplina ma qabilx li s-sindku tan-Naxxar Anne Marie Muscat Fenech Adami kellha titkeċċa.

Dawn it-tesserati min-naħa t’isfel ta’ Malta fakkruni li

Robert Arrigo kien ilu jgħid biex il-partit ma jkeċċix iżjed nies mill-PN.”

B’hekk dan ir-rapport ma ħariġx qabel għax kieku ħareġ qabel kien qed ikun qed jagħti raġun lil Robert Arrigo li kien issuġġerixxa qabel elezzjoni biex il-Partit Nazzjonalista ma’ jkeċċi lil ħadd iżjed. Imma dan kien imur kontra x-xewqa ta’ Bernard Grech.

Issa, wara 5 xhur, dan ir-rapport tressaq fuq l-agenda. tal-amministrattiv. Imma issa dan kollu ħin mitluf. L-uniku ġid li ħareġ kien li din l-istqarrija tal-Partit ikkonfermat li Roberta Arrigo qal il-verita’.

Nagħlaq dan l-artiklu b’dak li tant tajjeb qaluli dawn it-tesserati Nazzjonalisti mis-South ta’ Malta fuq Robert Arrigo;

Tant hu hekk li kieku Arrigo giddieb, kif qal Bernard, Grech, allura missu rrefera l-każ lill-bord tal-Etika u d-Dixxiplina tal-Partit Nazzjonalista. Fi kliem ieħor, Bernard Grech missu tella’ lil Arrigo quddiem dan bord.

Fuq kollox, il-poplu għandu dritt jkun jaf. Li taħbi ġa suspettuż!

Agħar minn hekk, għal darba oħra, Bernard Grech inqabad jigdeb fuq kollegi tiegħu.

One thought on “L-istqarrija tal-bieraħ tal-Partit Nazzjonalista tikkonferma li Robert Arrigo qal il-verita’ fuq il-każ tas-sindku tan-Naxxar.

  1. Min jaf lil Bernard Grech ma jiskantax. Hu bniedem giddieb u superv.Qatt ma jametti li zbalja. Jara it-tibna f’ghajnejn haddiehor imma mhux it-travu f’ghajnejh. Bernard Grech se jeqred lil PN. Jekk mhux diga qerdu. Naghmlu hsara lil PN jekk nibqghu siekta. Jehtieg nitkellmu. Ma nistghux inhallu l-Bernard Grech ikompli jeqred il-PN.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *