Je Suis Arrigo
Minn attivist li ġie mormi
Robert Arrigo tkellem f’isem kull deputat, kandidat, ħaddiem, attivist u partitarju Nazzjonalista li fl-aħħar xhur ġie mwarrab minn ponn nies fil-PN li ħatfu l-PN f’idejhom. Arrigo ta kollox għall-PN. Dan ir-raġel qatt ma kellu bżonn il-politika. Dan raġel għamel suċċess enormi fin-negożju. Hu dan hu mertu tal-ħidma tiegħu u ta’ familtu. Iva, ebda sigriet li finanzjarjament is-Sur Arrigo sinjur.
Iżda minflok intefa’ jgawdi flusu għażel it-triq li jservi lill-PN u lil min hu fil-bżonn. Arrigo ġentlom. Imma l-PN tal-lum trattah ta’ żibel. Minflok żammew raġel bħal dan fuq wiċċ l-idejn, ħadmu kemm felħu kontrih. Arrigo tkellem f’isem kull min mhux f’pożizzjoni li jitkellem, għax ma jaffordjawx jitkellmu, għax aktar isawtuhom u jikkalpestawhom.
Għalhekk Je Suis Arrigo għax dak li seħħ ma’ Arrigo seħħ ma’ ħafna oħrajn li taw kollox lill-PN – u ġew trattati ta’ żibel.
Mhux hekk jafu jaghmlu mela issa ha joghqodu fl’oppozizjoni jien nerga naghmel bhal pilatu fil kredu!