Robert Arrigo “jitħabat sabiex iżomm man-naħa tal-verita’ u tat-transparenza”

Osservazzjonijiet mit-Tabib Hermann Farrugia

Robert Arrigo għandu track record bħala Viċi-Kap tal-P.N. u saħansitra fir-rwol li assuma bħala responsabbli għall-Finanzi/Teżorier u dan għall-perijodu mdaqqas taħt l-eks-Kap Adrian Delia, li jitħabat sabiex iżomm man-naħa tal-verita’ u tat-trasparenza fid-deċiżjonijiet strateġiċi u amministrattivi kollha li kien involut fihom fit-tmexxija u nkarigat mill-organizazzjoni interna tal-partit.

U titwila f’waqtha tal-istorja kronologika tal-andament personali tal-eks-kapijiet tindika mingħajr kantunieri li Robert Arrigo għandu mitt elf raġun iħossu offiż meta taħt il-kap sedenti safa’ mhux biss marġinalizzat iżda umiljat. Dan, kif spjega huwa stess, kaġun tat-tentattivi mill-livell tat-tmexxija ‘strategika’ li fi ftit xhur qabel l-aħjar elezzjoni ġenerali ħalla tinbet madwar l-kap attwali u li kjarament tat x’tifhem li kellha pjan li litteralment tostraċizza personalment u politikament lill-viċi-kap għall-affarijiet tal-partit tagħha stess.

Ma tridx tkun xi mustaċċun tal-istrateġija amministrattiva ta’ partit sabiex wieħed jikkonkludi li l-attentati ta’ sidelining konsistenti li sofra s-Sur Arrigo kien probabbilment intiżi sabiex titnaqqarlu l-grinta elettorali tiegħu u b’hekk jiġu vvantaġġjati kandidati kompetituri oħra naturalment aktar benvisti mill-kap stess u mill-erbgħa sangisugi li kellu madwaru. Ħaġa li paradossalment ma ġratx għax Arrigo irnexxilu isostni ċertu appoġġ mastiċċ fuq iż-żewg kostitwenzi li serva fihom għal erbgħa elezzjonijiet ġenerali konsekuttivi.

Qiegħed nirriproduċi tliet ritratti bħala xelta minn fost mijiet oħra meħudin minn albums tal-Partit Nazzjonalista li jikkonfermaw (bħalma gia’ deher f’post ieħor fir-rigward tal-viċi-kapijiet ta’ Simon Busuttil) kemm il-kapijiet Nazzjonalisti anteċedenti kollha kien irnexxilhom jippromulgaw il-persuna tal-viċi-kapijiet tagħhom rispettivi.

Biss biss interessanti li wieħed jinnota kif taħt Eddie Fenech Adami, kemm tul l-għaxar snin li għamel kap tal-Partit fl-Oppożizzjoni u kif ukoll tul il-medda ta’ kważi ħmistax-il sena bħala Prim Ministru, ma kienx jgħaddi mass meeting Nazzjonalista fejn ma kienx jispikka u jiġi milqugħ b’entużjażmu daqstant kbir id-diskors politiku tant mistenni tal-viċi-kapijiet in kariga u cioé dak ta’ Guido deMarco u warajh Lawrence Gonzi. Konsistentement, kien ikun hemm ukoll fil-bidu ta’ kull meeting il-messaġġ mis-Segretarju Ġenerali tal-Partit!

Il-veru każ ta’ kif maż-żmien irnexxilu jinħataf u jimbaram l-ispirtu ta’ rispett rećiproku u dak ta’ dekor fit-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista .

Open photo

One thought on “Robert Arrigo “jitħabat sabiex iżomm man-naħa tal-verita’ u tat-transparenza”

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *