Andrew Azzopardi jgħajjar lil Robert Arrigo trumbettier għaliex qed jikteb fuq Facebook
Wara li Robert Arrigo kiteb fuq Facebook il-frustrazzjoni tiegħu, Andrew Azzopardi kiteb kumment fuq il-Facebook page tiegħu biex jikkritikah. Azzopardi kiteb dan il-kumment ukoll wara li Perici Calascione uża l-gazzetta tal-Partit Nazzjonalista biex jgħid lin-Nazzjonalisti biex ma jikkritikawx aktar lill-partit fuq Facebook imma jiffukaw fuq il-korruzzjoni tal-Gvern tal-Lejber.
Azzopardi kiteb:

Dan wassal biex xi ħadd jagħmel dan il-kumment.

Għal din il-mistoqsija ta’ Andrew Azzopardi, jiġifieri kif taf jekk l-istrutturi tal-Partit Nazzjonalista hux jaħdmu jew le, ser nirrispondih jien mill-paġna tiegħi. U bħala persuna li ngħallem l-istorja, ser nwieġibha bil-fatti.
L-ewwel. Wieħed jistaqsi għala dan id-diskors qed jingħad issa u mhux meta Adrian Delia kien kap? It-tweġiba tinsab fil-fatt li meta Adrian Delia kien kap, l-affarijiet kienu jsiru sew. U tant kemm kienu jsiru sew li l-affarijiet tal-partit kienu jitpeċċu fil-pubbliku u jiġu mxandra fuq Facebook. F’dak iż-żmien, ħadd ma kien jgħajjar lil dawk li kienu jperċu dawn l-affarijiet fuq Facebook jew mal-media kollha tal-liberali bħala trumbettiera.
It-tieni. Naħseb li Andrew Azzopardi jiftakar ir-reżenja ta’ Mark Anthony Sammut minn President tal-Esekuttiv. Ara kemm tkellem dan wara li rreżenja! Ħadd ma qallu trumbettier. U sew għamel Mark Anthony Sammut li tkellem għaliex illum nkixfet il-maskla ta’ dawn in-nies.
It-tielet. Wara li rreżenja Mark Anthony Sammut bħala President tal-Esekuttiv, hu baqa’ membru tal-esekuttiv u kull diskussjoni li kienet issir fl-esekuttiv, kienet tiġi mxandra on-line fuq is-social media u gazzetti. Ara hemm ħadd ma qal li dawk li kienu jxandru dak li jingħad bħala trumbittiera!
Ir-raba’. Issa Robert Arrigo sar it-trumbettier għaliex tkellem dwar il-weġgħat tiegħu. Il-verita’ hija li fi żmien Adrian Delia l-istrutturi tal-partit kienu jaħdmu u d-diskussjoni kienet issir u l-laqgħat tal-esekuttiv kienu jdumu, ġieli sas-siegħa ta’ filgħodu u kien jiġi diskuss kollox. Issa anki stqarrija ta’ Adrian Delia dwar it-traffiku ġiet iċċensurat mill-media tal-partit u ma xxandritx! Imn’alla kienet il-media soċjali li sirna nafu biha.
Il-ħames. Fuq kollox, issa l-anqas l-esekuttiv u l-amministrattiv ma hu qed jaħdem sew aħseb u ara kemm tista’ issir diskussjoni interna fihom. Dan hu fatt li Andrew Azzopardi suppost jafu sew. Jekk ma jafux, hawn hija l-prova li ried. Matul id-diskussjoni tal-emendi għal-liġi tal-IVF, Bernard Grech innifsu ħanaq kull diskussjoni u ma riedx jagħti free vote. Dawk li ma qablux ma’ dawn l-emendi, kienu talbu bil-miktub għal free vote. Saħansitra kien hemm min kiteb lill-President tal-Esekuttiv biex din l-issue tkun diskussa fl-esekuttiv, iżda l-President tal-Esekuttiv, Joseph Grech, irrifjuta li jressaq dan il-punt għad-diskussjoni. Infakkar li dan il-President tal-Esekuttiv huwa biċċa waħda ma’ Bernard Grech.
Issa jista’ dan Andrew Azzopardi jispjega kif tista’ issir diskussjoni interna fuq issues ta’ nuqqas ta’ qbil meta din id-diskussjoni qed tiġi maħnuqa saħansitra mill-President tal-Esekuttiv?
Fil-verita’ llum dawn il-liberali u woke spiċċaw jiftaħru li huma demokratiċi imma mbagħad qed jaġixxu bħal Faxxxisti u Nazisti li bħalhom iridu joħonqu kull diskussjoni pubblika. Infakkar li l-Faxxisti u n-Nażisti kienu jgħidu li jekk ikun hemm nuqqas ta’ qbil, dan għandu jkunu diskuss fl-organi interni tal-partit biss. Infakkar li llum hekk taħdem fiċ-Ċina Kommunista. Dawn il-mudelli totalitarji saru llum il-mudell tal-liberali fil-Partit Nazzjonalista! U dawk li jridu diskussjoni fil-miftuħ qed jiġu mgħajra trumbettiera. Għall-inqas ma ġewx mgħajra Faxxisti, kif kont ġejt mgħajjar jiena mil-liberali li jappoġġjaw lill-Partit Nazzjonalista.
B’hekk Robert Arrigo għandu raġun li juża l-mezzi soċjali biex jaqsam l-weġgħat u l-kritika tiegħu fuq partit li tant iħobb li nħakem minn klikka liberali ta’ bla skrupli.