Alex Perici Calascione jikkritika lil dawk in-Nazzjonalisti li qed jużaw il-Facebook biex iwasslu messaġġi ta’ disapprovazzjoni lejn Bernard Grech

Minn osservatur politiku

Qrajt l-artiklu miktub minn Alex Perici Calascione fin-Nazzjon ta’ 2 ta’ Awwissu 2022. Laqtuni żewġ paragrafi fejn Perici Calascione qal hekk:

Fl-istess waqt kuljum niskopru kif il-Gvern il-maġġoranza li għandu sarrafha f’arroganza; l-arroganza ħaddimha f’abbuż u l-abbuż jiġi bi prezz qares li qed ikollna nħallsu għalih aħna lkoll.

U fejn aħna f’nofs dan kollu? Waqt li għaddejja ħidma bla heda mill-Kap ‘l isfel, niftaħ il-midja soċjali u flok kummenti fuq dawn l-abbużi serji li jwaħħxuk, nispiċċa naqra kumment wara l-ieħor indirizzat biss internament.

Hawnhekk Perici Calascione qed jilmenta li s-sostenituri jew partitarji tal-Partit Nazzjonalista imorru fuq il-facebook biex jikkritikaw lill-partit. Donnu qed jimita lil Dr Grech meta kien qal li ma jridx jara iżjed partitarji jikkritikaw lill-partit fuq il-mezzi soċjali.

Din kienet botta diretta għall-aħħar diskors ta’ Robert Arrigo bħala viċi-kap għaliex f’dak id-diskors Robert Arrigo qal lli għandhom raġun dawk il-partitarji Nazzjonalisti li jmorru fuq il-mezzi soċjali biex jaqsmu l-weġgħat u l-kritika tagħhom. Naqbel perfettament ma’ Robert Arrigo. U biex Arrigo juri kemm hu raġel tal-punt, wara li Perici Calascione għamel dan il-kumment, l-għada stess, jiġifieri lbieraħ, tella’ fuq Facebook l-istorja ta’ kif Bernard Grech gideb fil-programm ta’ Saviour Balzan.

Perici Calascione qalilna li l-Partit fil-Gvern rikbitu l-arroganza. M’inhiex ser nidħol f’dan id-dibattitu hawnhekk, anki jekk dan veru, imma jinteressani nkun naf fejn hu l-Partit Nazzjonalista f’dan kollu? Jiftaħar li Dr Grech u ta’ madwaru qed jagħmlu ħafna xogħol. Wieħed ta’ min jistaqsi fejn hu qiegħed dan ix-xogħol kollu? S’issa qed naraw lill-maġġoranza tad-deputati mmexxijin minn Bernard Grech jaqblu mal-Gvern f’affarijiet tant sensittivi bħal ma huma l-emendi tal-IVF.

Il-bqija għadna ma smajna u rajna xejn li jirrifletti t-tkaxkira enormi li kellu l-Partit Nazzjonalista fl-aħħar elezzjoni. U l-anqas smajna xi kritika min-naħa tal-Oppożizzjoni dwar xi proġetti kbar li jinvolvu lil Corinthia bħal ma hu l-progrett ta’ Ħal Ferħ jew dak ta’ Melo Hili fuq Kemmuna.

Mela Perici Calascione meta jiftaħ il-midja soċjali ma jieħux pjaċir jara kummenti numerużi indirizzati lejn il-Partit Nazzjonalista. Hu qed jikkontendi li la l-Gvern qed iwettaq ħafna ħniżrijiet, allura l-kritika ta’ min jikteb fil-midja soċjali għandha tkun fuq dawn il-ħniżrijiet. Imma mbagħad l-Oppożizzjoni għandha titkellem fuq il-ħniżrijiet kollha u mhux fuq dawk biss li jaqbilha.

Nifhem li Perici Calascione ma jieħux pjaċir li jaqra kummenti fuq il-partit u t-tmexxija tiegħu. Apparti li mhux kulħadd jara dawn il-ħniżrijiet kif qed jarhom Perici Calascione għax mhux kulħadd jaqbel miegħu fuq dan. Imma apparti dan, il-partitarjo Nazzjonalisti l-aktar li jinteressahom huwa li jaraw lill-Partit Nazzjonalista joħroġ minn dawn l-abbissi li qiegħed fihom.

Ħafna minn din il-kritika, li ma togħġobx lil Perici Calascione, hija intenzjonata lejn il-Partit Nazzjonalista minħabba t-tmexxija bażwija li hemm bħalissa fil-partit. Hija intenzjonata biex tqajjem l-argumenti li t-tmexxija mhux qed tavvanza ‘l quddiem imma qed tkompli togħdos fil-ħama għax hemm nuqqas ta’ kapaċita’ fir-ras ta’ din it-tmexxija.

Imma Perici Calascione mid-dehra mhux qed jieħu pjaċir b’din il-kritika. Issa laħaq Viċi Kap u hemm bżonn li mhux jikkritika hu lil min jikteb imma jara b’ċertu dettal x’qed jintqal mill-kritiċi tal-Partit Nazzjonalista u jaġixxi fuqu la kulħadd jaf li din l-istess kritika qed issib lil Bernard Grech miftum minnha.

Dr Perici Calascione jrid jifhem li l-kritika tagħmel il-ġid u mhux sewwa li joqgħod jattakka l-kitba ta’ sostenituri tal-Partit Nazzjonalista. Issa laħaq u l-pożizzjoni tiegħu tirrikjedi li jaħdem kemm jiflaħ biex, fejn jidher ċar li Dr Bernard Grech ma għandux il-kapaċita’ jbiddel u jasal, jidħol għax-xogħol hu u jipprova jasal fejn ħaddieħor ma wasalx.

Imma niddubita minn dan kollu għaliex kif l-istorja ta’ Robert Arrigo uriet, il-pożizzjoni ta’ viċi-kap illum ġie ridotta f’nullita’ politika fejn pedofil jista’ saħansitra jagħti ordnijiet lil viċi-kap x’għandu jagħmel jew ma jagħmilx!

Open photo

2 thoughts on “Alex Perici Calascione jikkritika lil dawk in-Nazzjonalisti li qed jużaw il-Facebook biex iwasslu messaġġi ta’ disapprovazzjoni lejn Bernard Grech

  1. Alex Perici Calacione mhux se jaghlaq halq hadd
    Hu fatt maghruf li qabel l-elezzjoni Bernard Grech baghat ghall xi canvassers ta Perici Calacione u qallhom biex ma jahlux zmien jahdu ghall APC ghax il partit mhux lilu jrid.
    Tahsbu li Perici Calacione baqa kwiet? Fuq il fb ma kitibx. Imma beda jghid x kien ghamillu BG ma kull ma iltaqa. Xandaraha mal erbat irjieh. Alex meta int inqrast werzaqt ajma. Issa trid issieket lilna. Hallina Alex.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *