Tar-Repubblika jistgħu jattakkaw lill-ġurnalisti: ħaddieħor le.

Minn osservatur politiku

Mid-dehra ta’ Repubblika jistgħu jattakkaw lill-ġurnalisti u jibqgħu sejrin biha anke wara li jitilfu l-appell quddiem il-qrati Maltin. Bilfors li wieħed ikollu jiftakar meta Adrian Delia fetaħ libel kontra ġurnalista kemm għajruh ta’ Repubblika. Mhux talli hekk talli meta ċeda l-libel b’solidarjeta wara li nqatlet l-istess ġurnalista, in-nies ta’ Repubblika reġgħu għajruh beżżiegħ.

Niftakru wkoll meta Adrian Delia kien fetaħ libel lill-ġurnalista ta’ Lovin Malta. Kemm qomsu u attakkaw ta’ Repubblika. Kemm tkażaw ir-rappreżentanti ta’ din l-għaqda li Adrian Delia kien tella’ ġurnalisti il-qorti. Kemm werżqet Comodini Cachia.

Mela sewwa jgħidu li dawn ma ġġibha qatt żewġ magħhom. Manuel Delia, ta’ Repubblika, permezz tal-avukati tiegħu, fetaħ kawża fil-qorti tad- drittijiet tal-bniedem wara li l-qorti tal-appell bidlet deċiżjoni preċedenti minn maġistrat dwar każ ta’ malafama li kien ressaq Raphael Vassallo, ġurnalist mal-Malta Today.

Il-qorti tal-appell kienet ikkumpensat lil Vassallo €1,000 bħala danni minħabba artiklu li kien kiteb Manuel Delia. L-avukati ta’ Manuel Delia qed jargumentaw li d-deċiżżjoni tal-qorti tal-appell qed tikser id-dritt tal-liberta’ tal-kelma ta’ Manuel Delia. Irridu niftakru li Delia kien qal fl-artiklu tiegħu li Vassallo kien “parti mill-konfoffa mafja li qatlet lil Daphne Caruana Galizia”. Kliem simili kien qalu wkoll fil-konfront ta’ Simon Mericeca. Infakkar li ktibt mimli b’insinwazzjonijiet bħal dawn ġie ppreżentat lil Arċisqof Scicluna u dan, rebbieħ u trijonfanti rċevieh.

L-avukati ta’ Manuel Delia komplew jargumentaw li bid-deċiżjoni tal-Imħallef Mintoff qed jinkiser id-dritt tal-liberta’ tal-espressjoni. Fl-ewwel deċiżjoni tal-Maġistrat Montebello, Vassallo kien tilef il-kawża fil-qorti għax Montebello kienet iddeċidiet li Delia kellu dritt jikteb l-opinjoni tiegħu li Daphne Caruana Galizia kienet inqatlet minn organizzazzjoni kriminali mgħejjuna minn xi ġurnalisti. Skond l-artikolista dawn il-ġurnalisti kienu qed jesprimu l-opinjoni li Caruana Galizia kienet inqatlet biss minn min poġġa l-bomba mal-karozza tagħha.

Manuel Delia fl-argumenti tiegħu qed jgħid li b’dak li ddecieda l-Imħallef ikun qed iċaħħdu mid-dritt li janalizza il-ġrajjiet kurrenti u jesprimi l-opinjoni tiegħu. Issa ħadd ieħor minn ta’ Repubblika mhu jgħid xejn għax wieħed minnhom ma aċċettax deċiżjoni tal-qrati tagħna f’konfront ta’ ġurnalista ieħor, li taqbel jew ma taqbilx miegħu, żgur li mhux xi membri jew loudspeaker tal-mafia. Issa waqgħu fil-muta. Anzi, nazzarda ngħid li Manuel Delia qed forsi jitħajjar jsib għajnuna legali biex iħallas l-ispejjeż ta’ din il-kawża fil-qrati Ewropej.

Leave a Reply

Your email address will not be published.