Stqarrija ta’ Adrian Delia biex jirribatti dak li qal il-Ministru Aaron Farrugia dwar it-traffiku u l-festi ma ġietx imxandra minn Net News
Adrian Delia ħass li kellu juża l-Facebook page tiegħu biex jippubblika r-reazzjoni tiegħu għal dak li qal il-Ministru Aaron Farrugia dwar it-traffiku. Farrugia waħħal fil-festi u li dawn qed jikkagunaw it-traffiku. Delia ddefenda lil dawk kollha involuti fil-festi. Imma għal xi raġuni li jaf biss il-Partit Nazzjonalista, din l-istqarrija ta’ Adrian Delia ma ġietx irrappurtata minn Net News.
Delia kiteb hekk:
“Iktar kmieni matul il-ġurnata bħala kelliem għat-Trasport, Mobilita, Avvjazzjoni u Proġett Kapitali ħriġt Stqarrija biex nirribatti dak li qal il-Ministru Aaron Farrugia u dan flimkien mal-kollega Onor. JulieZahra.mt
Peress li għalkemm fil-bullettin tan-NET News it-trasport, traffiku u t-toroq kienu fil-punti ewlenin u ġie rappurtat x’qal il-Ministru, l-ex Prim ministru Alfred Sant u l-President tal-Malta Hotels and Restaurants Association imma sfortunatament ma ġietx rappurtata l-istqarrija tiegħi, qiegħed nippubblikha hawnhekk għall-konsum tagħkom.
L-istqarrija ta’ Adrian Delia hija din
Iċ-ċittadini jixirqilhom aktar u aħjar
Iċ-ċittadini tagħna jixirqilhom aktar u aħjar. Għax jekk hawn xi ħaġa li kulħadd fehma waħda dwarha hi l-istat diżastruż tat-toroq tagħna.
It-traffiku laħaq livelli ta’ gridlock kważi kuljum, filwaqt li l-manutenzjoni u l-għeluq tar-rotot qed isiru mingħajr ħsieb jew pjan, fost telqa ġenerali li lanqas taraha f’pajjiżi tat-tielet dinja.
Barra minhekk, l-infurzar sar ineżistenti, fejn kulħadd jagħmel fattih mingħajr konsegwenza daqslikieku qegħdin f’xi ġungla u l-proġetti qed jispiċċaw mitluqin u oħrajn weqfin.
Il-Partit Nazzjonalista jesprimi tħassib ukoll għall-fatt li l-prattiċi tajbin ta’ xogħol ma għadhomx jeżistu umbagħad issib scooters mitluqin kull fejn issuq jew timxi, b’periklu għas-sewwieqa u n-nies mexjin, Maltin u barranin.
Iżda quddiem dan il-falliment kollu, il-Ministru Aaron Farrugia qal biss li hu tort tal-Festi. Dan ifisser li, wara sentejn ta’ pandemija f’nofs l-istaġun tal-Festi, il-Gvern qed jitfa’ dell ikrah fuq il-Festi u qed jhedded li jwaqqafhom jew irażżanhom.
Min-naħa l-oħra, il-Partit Nazzjonalista jfaħħar l-impenn tal-organizzaturi u ta’ dawk kollha involuti fil-Festi, li jimxu mar-regoli u jaraw li kollox ikun skont il-Liġi biex dawn ikunu jistgħu jsiru u jitgawdew fl-irħula u l-bliet tagħna.
Il-Festi huma parti mill-identità Maltija u għalhekk, il-Gvern ma jistax jarahom ta’ xkiel jew iwaħħal fihom li l-kaos fit-toroq hu kkawżat mill-ftit toroq li jkunu magħluqin għal ftit ħin bil-permessi meħtieġa.
Il-Gvern qata’ qalbu u m’għandux soluzzjoni, la fl-immedjat u lanqas pjan fit-tul. U ta’ dan kollu, iċ-ċittadin qed jitħalla jbati l-konsegwenzi ta’ kuljum.
Adrian Delia
Kelliem għat-Trasport, il-Mobbiltà u l-Proġetti Kapitali
Julie Zahra
Kelliem għall-Kultura, l-Arti u l-Wirt Nazzjonali
03.08.2022
F’din ukoll m’ghandux tort Bernard Grech? Jaqaw Adroan Delia qed jinkwetak Bermard? Jaqaw indunajt li int limitat hafna hdejh? Tiftakkar Bernard meta ftit wara li ilhaqt kap kont tigi tiftahhar l-istamperija li in nazzjonalisti igennu warajk. U kont tigi tghidilna u tifrah qisek iblah li kull fejn tmur kulhadd irrid jigi jmissek. Illum gennintom int lin nazzjonalista ghax gibtu ghoqda il partit.
Dan ragel li qijed jikteb li fi tizju qijed imsemi (Wegonweel) Mandux il hila juri min huwa biex tara kem hawn min huwa kaward basta jikdbu u parlaw fil vojt u jedu hafna cucatti u lesti biex jajru il dak li kun ghax alekk huma kapaci umbad biex juru min huma isibom kawards