Robert Arrigo jgħid li Bernard Grech hu politiku giddieb: jitolbu bil-pulit biex jirreżenja

L-esk-viċi-kap, Robert Arrigo għadu kif tella’ post fuq Facebook fejn qal ċar u tond li Bernard Grech huwa politiku giddieb. Arrigo qal li Grech kien gideb fuq il-programm ta’ Saviour Balzan meta qal li r-rapport fuq is-sindku tan-Naxxar ma kienx lest. Bernard Grech kien talab lis-sindku tan-Naxxar tirreżenja wara li din kienet ivvutat favur proġett li kien jikkonsisti fl-iżvilupp tat-Trade Fair grounds. Il-Partit Nazzjonalista, jew aħjar Bernard Grech riedha tivvota kontra. Hija segwit il-linja tal-kunsill u vvutat favur. Dan wassal biex is-sindku tan-Naxxar ġiet investigata mill-Board tal-Etika u d-Dixxiplina.

Arrigo kkonferma dak li kien ġie ppubblikat f’dan is-sit li r-rapport dwar is-sindku tan-Naxxar kien lest imma ma kienx intgħoġob minn Bernard Grech għaliex fir-rapport, is-sindku ma ntalbietx tirreżenja kif xtaq hu. B’hekk kien qal li dan ir-rapport kien għadu ma sarx meta fil-fatt kien sar.

B’hekk Arrigo kiteb li l-membri tal-Amministrattiv illum qed jidhru bħala idjoti. Bil-pulit qal lil Bernard Grech li hu, jiġifieri Bernard, jaf x’inhu l-pass onorabbli li jmiss wara li gideb fuq it-television. Fi kliem ieħor, qed jgħidlu biex jirreżenja. Dan hu l-messaġġ li kiteb Robert Arrigo:

Kap was invited to Savior Balzan’s Programme some weeks ago. The answering of light questions was pathetic.

More so, as in the Naxxar Mayor internal trial and its report were ready months ago. A result that he did not like as he had, himself, pre-emoted a resignation.

He said the report was not done when actually It was. Of course, he is never at fault, not even with a horrible showing in the General Elections. Other honorable gentlemen before him resigned after a result not as disastrous as this.

A Kap belittling, lying about his own party, about the board who is serious, and killing the Amminstrativ, who [i.e. its members] were made to look like idiots.

A Kap lying to himself on tv.

An honorable step is awaited

3 thoughts on “Robert Arrigo jgħid li Bernard Grech hu politiku giddieb: jitolbu bil-pulit biex jirreżenja

  1. NISTAQSI LILL DAWK KOLLHA INVOLUTI FIL PARTIT NAZZJONALISTA ISSA LI ROBERT ARRIGO KELLU IL KURAGG LI JIGHD FUQ LI QAL FUQ IL MEXXEJ BERNARDU GRECH SER TIBQAW HALQKOM MAGHLUQ,,,,ICCASSATI. ?

  2. Bernard Grech hu serial liar. Hu giddieb mill-kbar. Fil- Grupp Parlamentari tal-PN hu fatt maghruf li Bernard Grech jigdeb. Indunaw kull meta xi hadd jikrittikah kulhadd ghandu tort minbarra hu.

  3. Le! Inqumu ghax issa hu l-Mument!
    Ejjew bhall-antenati taghna inqumu mela bl-gheluf min taghna mill-bliet u mill-irhula inkunu tarka ghal partit taghna li jriedu izarmawna, il-principji u lkuxjenzi iriedu inezzawna l-oppressuri li b’agenda diversa min mit-twemmin taghna nirbhu ghal patria din il-glieda taghna filwaqt li nitolbu lill-Ispirtu s-Santu jieqaf mghana, Amen!!!

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *