Id-deputat Ivan Bartolo tal-Mosta jirringrazzja lil Edwin Vassallo talli tah spazju fejn jitkellem

Ilbieraħ, id-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo tal-Mosta kien il-mistieden speċjali ta’ Edwin Vassallo fis-sensiela ta’ laqgħat ta’ djalogu li Edwin Vassallo qiegħed jorganizza. Il-laqgħa tal-bieraħ saret ġewwa l-Imgarr. Fid-diskors tiegħu, Ivan Bartolo qal li kien ċempillu xi ħadd u qallu li jekk tattendi din il-laqgħat x’titlef għandek. U Emvin Bartolo jgħajjar li min hu mweġġa’ bħala li rabat qalbu mal-imgħoddi waqt li l-Partit jibqa’ għaddej bil-politika ta’ eskluzzjoni. B’hekk irringrazzja lil Edwin Vassallo talli tah spazju fejn jista’ jitkellem. Fi kliem ieħor, dan hu ieħor li hu mwarrab fil-PN. Hawn qed inġib id-diskors kollu tad-deputat Ivan Bartolo fejn fih jispjega kif l-emendi tal-IVF ser ipoġġi lil dawk li jitwildu b’xi difett bħala ċittadini tat-tieni klassi.

Minn dan id-diskors joħroġ ċar li Ivan Bartolo jinsab imwarrab fil-Partit Nazzjonalista u mhux qed jingħata pjattaforma mnejn jitkellem. Dan sar ovvju għaliex saħansitra, qed ikun ibbojkottjat minn fuq il-media tal-partit tiegħu stess.

Jekk wieħed irid prova ta’ dan, huwa artiklu li deher minnn kif Net News irrapporta fuq il-faqar f’pajjiżna. Fuq dan is-suġġett ġie mitlub jikkummenta Fr. Marcellino Micallef fejn qasam l-esperjenzi tiegħu. Sa hawn ma hemm xejn ħażin. Imma meta għandek kelliem fuq dan is-suġġett u dan il-kelliem jaġixxi bil-fatti u mhux biss bil-kliem u ma tieħux il-kummenti tiegħu juri f’liema livelli ta’ ċensura waqa’ l-Partit Nazzjonalista.

Leave a Reply

Your email address will not be published.