Wara d-diskors ta’ Robert Arrigo, lis-swaba qed idur lejn Christian Peregin għal mod kif ħadem mal-kandidati Nazzjonalisti

Qed inġib kumment li persuna ħalliet fuq dan is-sit. Din il-persuna tidher li hija infurmata ħafna għaliex qed tgħid x’ġara fil-PN matul il-kampanja elettorali. Hu fatt magħruf u dan kien anki rrappurtat f’dan is-sit li Christian Peregin kien wieħed minn dawk li għamel l-istrateġija fil-PN u ddeċida minn jitla’ fuq il-palku minn le.

Skont din il-persuna kien wara l-meeting ta’ Taż-Żurrieq, fejn ittieħdet id-deċiżjoni li l-ebda kandidat ma jitla’ fuq il-palk. Imma Robert Arrigo ma kienx sempliċi kandidat. Robert Arrigo kien il-viċi-kap. Fuq kollox insiru nafu li fl-aħħar tal-kampanja Bernard Grech laqqa’ l-kandidati fir-raba’ sular tad-Dar Ċentrali biex jirringrazzjahom talli ħarġu għonqhom. Sewwa qaltlu din il-persuna – “Ħallina”. Anzi ma qatlux Sellili. Dan hu l-messaġġ li deher fuq dan is-sit:

Wara l-mass rally taż-Żurrieq, ħadd mill-kandidati ma telgħu aktar fuq il-palk. Grazzi, Peregin, tal-ideat brillanti tiegħek, ridt żgħażagħ biss jidhru wara l-kap. Imbagħad Bernard jiġi jwiegħed lill-kandidati, fl-aħħar diskors qabel nofsilejl tal-ġurnata tas-silenzju, ġor-4 sular fl-Istamperija li mhux se jinsa qatt li “ħriġtu għonqkom” f’dal-mument kruċjali għall-partit. Ħallina.”

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *