Charlie Mangion, supporter kbir ta’ Bernard Grech, jgħajjar lil Robert Arrigo għax għandu Kanċer

Il-ħdura li ġab fil-Partit Nazzjonalista Bernard Grech ma tafx limitu. Jekk hemm bżonn ta’ prova ta’ dan, wieħed għandu jħares lejn il-post li tella’ Charlie Mangion magħruf bħala ż-Żubina. Dan tellgħu fuq Facebook ftit tal-ħin ilu. Dan kien kanvażer kbir ta’ Simon Busuttil. Peress li Simon Busuttil kien ħadha qatta’ bħal ħabel kontra Adrian Delia, dan Mangion kien dahar kontra Delia u llum huwa wara Bernard Grech.

Għaliex Robert Arrigo qal li hu mweġġa’ b’li għamillu l-Partit Nazzjonalista permezz ta’ Emvin Bartolo u Mario De Giorgio, żewġ paladini tal-klikka, dan Mangion mar jgħajjar lil Robert Arrigo għax għandu kanċer. Mingħajr ma semma lil Robert Arrigo, qablu ma’ Putin u qiesu qed jieħu pjaċir li Arrigo għandu kanċer. Mangion kompla issa kulħadd jifhimha kif irid u kulħadd fehma li qed jirreferi għal Robert Arrigo. Dan hu l-post li tella’ Charlie Mangion.

Tant kemm kien hemm reazzjoni kontra dan il-post li ftit wara tneħħa. Imma dak li hu interessanti huwa min għamillu like. Ħa semmi tnejn biss. Waħda hija May Bartolo li taħdem receptionist fid-Dar Ċentrali. Din qed tieħu pjaċir li Robert Arrigo għandu kanċer. L-oħra hija Natasha Camilleri. Natasha Camilleri hija membru tal-Esekuttiv tal-MNPN, jiġifieri tan-Nisa Nazzjonalisti. Dawn huma paladini ta’ Bernard Grech.

U dawn jieħu gost bid-deni ma min għamilhom biss ġid għaliex flus ġab lejn il-Partit Nazzjonalista! Verament nies ta’ intern ħażin.

3 thoughts on “Charlie Mangion, supporter kbir ta’ Bernard Grech, jgħajjar lil Robert Arrigo għax għandu Kanċer

  1. In Nazzjonalisti ta very ghandhom jiehdu azzjoni.Ghanda ssir dimostrazzjoni qawwijja w imedjata biex itajjru lil dawn l’erba minn nies u jkaxxkruhom il Barra darba ghal dejjem. Il partit ghandu jigi xolt u jerga jinbena mill gdid. Kieku llum ghadni zazuh inkunu wiehed min ta lewwel.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *