Min hu Mario De Giorgio li semma Robert Arrigo? Skont Daphne Caruana Galizia kien bagħat ritratti ta’ żobbu lil tifla ta’ sittax
Fl-aħħar diskors tiegħu bħala viċi-kap tal-Partit Nazzjonalista, Robert Arrigo semma l-isem ta’ Mario De Giorgio bħala l-persuna li kien żammu milli jitla’ fit-tieni sular tal-każin ta’ Ħaż-Żabbar. Dan hu bniedem li fil-passat kien akkużat b’pedofelija fil-qrati tagħna għaliex dak li jfisser meta persuna tas-sess maskli tibgħat ritratti tal-parti tagħha jew aħjar żobbu lil tifla ta’ sittax u tispiċċa l-qorti.
Peress li kien ma’ Adrian Delia, l-istorja tiegħu kienet spiċċat fl-aħbarijiet. Daphne Caruana Galizia spiċċat kitbet artiklu dwar dan.

Mela ma hemmx skuża fil-Partit Nazzjonalista jew Bernard Grech li ma jafux min hu Mario De Giorgio għaliex anki mal-pulizija hu magħruf.
Wara li ġġieled ma’ Adrian Delia, Mario De Giorgio mar ta’ Bernard Grech. Għax Bernard Grech hu ta’ Kana ma kellux problemi jżommu miegħu u jużah biex jumilja lil viċi-kap tiegħu.
Jitkellem ħażin kien u jitkellem ħażin baqa’. Ċajt goff sesswali kien jgħid u baqa’ jgħid. Dak li mbidel li ma baqax jitkellem kontra Daphne Caruana Galizia u joffendiha. Issa sar jagħtiha l-fjuri.
U għax issa sar jagħtiha l-fjuri, sar tajjeb għall-media tal-onesti u għan-nies ta’ Repubblika. Ħadd ma għadu jikteb fil-media bl-Ingliż li “a convicted pedophile” qiegħed ma’ Bernard Grech. Għax mar ma’ Bernard Grech sar tajjeb u kien wieħed mill-akkolti ta’ Christian Peregin u t-tim strateġiku tal-PN li kienu qed jiddeterminaw minn jidħol u min le fil-każini tal-Partit Nazzjonalista.
Tal-biża’!!Ippokrizija xfernata.
Il-kap bhalissa bil karavan qieghed. Il partit ghiqda u hu jiehdu f’ghajnu.