Il-Partit Nazzjonalista b’ħalqu magħluq fuq l-iżvilupp li ser isir fuq Kemmuna

Din l-Art Ħelwa qed tagħmel ix-xogħol li suppost qed jagħmel il-Partit Nazzjonalista. Din l-għaqda qed tiċħad b’mod kategoriku l-approvazzjoni tal-EIA (environmental impact assessment) mitlub mill-board tal-ERA fis-17 ta’ Lulju 2022 dwar il-lukanda u l-vilel li ser jinbnew fuq Kemmuna. Kemmuna hija parti minn Natura 2000 u Din l-Art Helwa qed tgħid li jħossuhom obbligati li jagħmlu ħilithom biex jippreservaw dan il-post importanti u uniku.

Il-mistoqsija tiġi waħedha: fejn qiegħed il-Partit Nazzjonalista? Din l-Art Ħelwa qed jopponu għal villaġġ fuq Kemmuna. Jidher li ħareġ il-permess biex jiġi mibni villaġġ residenzjali fil-bajja ta’ Santa Marija u d-dintorni fuq Kemmuna.

Ser jisparixxu il-ftit bini li hemm u jinbnew 19 il-bungalow li jistgħu jippermettu il-bejgħ lill-individwi għal użu residenzjali. Allura jistgħu wkoll jinbnew postijiet oħra li jkunu meqjusa utli għal villaġġi bħal dawn. U għal darba oħra wieħed jistaqsi: fejn qiegħed il-Partit Nazzjonalista? Fejn huma ta’ Repubblika fuq dan il-każ?

Din l-Art Ħelwa, flimkien ma’ NGOs oħrajn ser ikomplu jsemmgħu leħinhom biex il-gżira ta’ Kemmuna tkun protetta minn villaġġ li ser ikun kummerċjalizzat. Skond din il-għaqda d-dsatax-il bungalow li ser jinbnew ser jisirqu iżjed art mis-sit Natura 2000 u dan mhux aċċettabbli. Li jinbena villaġġ residenzjali fuq gżira li ma għandhiex abitanti hija proposta li ser tkompli tgħarraq il-ftit natura li fadlilna f’dawn il-gżejjer.

Mingħajr ebda dubju dan l-iżvilupp ser ikerrah din iż-żona imma ser iħalli effetti katastrofiċi fuq gżira li għandha tant sbuħija fl-istat naturali tagħha. Ta’ min jerġa’ jistaqsi: u l-Partit Nazzjonalista x’qed jagħmel fuq din l-istorja?

Ma tistax ma titħassibx kif qed jitħassbu Din l-Art Ħelwa għal dak il-blat kollu li jrid jitqatta’. Barra minn hekk ser jintilfu numru mdaqqas ta’ siġar protetti li ser jinbidlu ma’ siġar żgħar li ser jitħawlu ġodda. Din l-għaqda qed topponi għal ERA li approvat rapport għaliex il-kondizzjonijiet spjegati fir-rapport mhumiex suffiċjenti biex jipproteġu l-gżira ta’ Kemmuna. Tant ser ikun hemm tibdiel li mhux ser ikun hemm biżżejjed prevenzjoni biex il-proġett ma ikollux impatt sever fuq l-ekoloġija unika tal-gżira.

U l-Partit Nazzjonalista ġie jaqa’ u jqum minn dan kollu u kulħadd jistaqsi fejn spirixxa dan il-Partit f’din l-istorja? Din l-Art Ħelwa qed tisħaq li jonqos il-kobor tal-proġett u ma għandux ikun hemm lok ta’ residenza la permanenti u lanqas temporanja. Din l-għaqda flimkien ma’ għaqdiet oħra ser ikomplu jisħqu li Kemmuna għandha titħalli fl-istat naturali tagħha u ma għandhiex ikollha kummerċjalizzażżjoni bla rażan. Din l-għaqda qed tħares ukoll lejn il-futur u qed titlob tibdiel fil-liġijiet ħalli tiżgura li ma ikunx hemm aktar ċaqliq jew ideat bħal dawn. Trid ukoll il-konservazzjoni tal-ambjent naturali tal-gżira ta’ Kemmuna.

Nisperaw li ma ndumux ma naraw il-kritika kostruttiva tal-Partit Nazzjonalista fuq dan il-proġett. Ma jistax ikun li partit politiku ma jikkritika xejn u jħalli kollox għaddej, dan kollu minħabba l-uċuh li jkun hemm wara l-proġett.

One thought on “Il-Partit Nazzjonalista b’ħalqu magħluq fuq l-iżvilupp li ser isir fuq Kemmuna

  1. Mela ma tafx li jekk tkun fat cat lil Bernard Grech b’ ikla b’xejn u “naqra ta’ kumpliment ” tixtrieh. Bermard umli. Ma jkumx irrid hafna.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *