Eks-Deputat Nazzjonalista Mario Galea b’messaġġ ta’ solidarjeta’ ma’ Robert Arrigo
Wara li s-Sibt, Robert Arrigo tkellem kif tkellem fuq il-Partit Nazzjonalista u kif l-istess Partit Nazzjonalista warrbu, l-eks-Deputat Nazzjonalista, Mario Galea, kiteb messaġġ ta’ solidarjeta’. Galea uża l-Facebook page tiegħu biex juri din is-solidarjeta’ fejn fiha qal hekk:
“ROBERT ARRIGO hu l-aħħar wieħed minn lista twila ta’ nies li spiċċaw għaddew minn infern taħt It-tmexxija tal-PN ta’ ifred u saltan. Ma stajtx ma nuriex solidarjeta’ ma’ sieħbi Robert Arrigo. Kif irreżenjajt kont għidt li s-sitwazzjoni fil-PN hija valenuża. Flok niġbdu nies ġodda lejn il-PN, spiċċajna inaffru lil min ta’ ħajtu u saħħtu għall-partit. Grazzi ħafna u kuraġġ għażiż sieħbi Robert“.
Dan il-messaġġ wassal għal numru ta’ reazzjonijiet minn ħafna nies li kitbu jew ikkummentaw taħt dan il-post ta’ Mario Galea. Fost ir-reazzjoni kien hemm waħda partikolari ta’ Margaret Goggi li qed nġibha kif dehret.

Fi kliem sempliċi, Goggi qed tgħid li dak li għamlu ma’ Robert Arrigo u Mario Galea, issa qed jagħmluh mad-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo tal-Mosta.