Aktar dwar it-tgħajjir lejn il-President George Vella talli ma ffirmax l-emendi tal-IVF; ġie mgħajjar bla bajd

Qed inġib post li għamel share fuq Facebook ċertu Ġejtu Pace. Permezz ta’ dan ix-share, dan għajjar lil George Vella bla bajd għaliex ma ffirmax il-liġi jew aħjar l-emendi fuq l-IVF miftehma bejn Bernard Grech u Robert Abela.

Imma ma tistenniex ċertu kummenti minn ċertu nies. Gejtu Pace kien wieħed mill-uffiċjali tal-pulizija marbuta mal-famuż qtil ta’ Nardu Debono fid-depot.  Dan il-qtil kien sar taħt il-Gvern ta’ Mintoff. 

Meta Eddie Fenech Adami ħa l-gvern kien ħalef li jkun wieħed mill-ewwel delitt li ried li jiġu solvuti. Ftit jiftakru l-ispettur li kien qed jinvestiga dan il-każ. Dan ma kien ħadd ħlief Anglu Farrugia u waqgħet fuqu li jressaq lil Lawrence Pullicino il-qorti.

F’dan id-delitt kien weħel Lawrence Pullicino.  Kien ġara li kienet tqegħdet bomba mal-propjeta’ ta’ Lawrence Pullicino.  Is-suspett waqa’ fuq Nardu Debono.  Dan kien ġie arrestat. Waqt il-famuż interrogatorju, Nardu Debono nqatel fid-depot. 

Mill-investigazzjoni ħareġ li kien hemm numru ta’ membri tal-korp li sawtuh. Dan in-nhar Eddie Fenech Adami kien ħa d-deċiżjoni li jagħti tliet proklami u mhux waħda biex jissolva dan il-każ. B’waħda kien biżżejjed.  Wieħed minn dawk li ħa l-proklama kien Ġejtu Pace li llum qed jagħmel share ta’ post magħmul biex jgħajjar lill-President tar-Repubblika bla bajd.  

Dak li nesa Ġejtu Pace hu li meta  ħa l-proklama, Malta ma kellhiex president tar-Repubblika imma kellha agent president li kien Pawlu Xuereb. Fi kliem ieħor, il-firma tal-proklama tiegħu għamilha aġent president, kif kien aġent president li ffirma l-emendi tal-liġi tal-IVF. Il-Lejber ma kienx qabel li jingħataw tliet proklami. Dom Mintoff kien wieħed minn dawk li ma qabilx.

Ma nafx jekk Pawlu Xuereb kellux il-bajd jew le meta iffirma tliet proklami – għaliex fil-każ tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, qiegħed jingħad li l-president ma jistax jagħti aktar minn proklama waħda fuq l-istess delitt. Dak in-nhar, Eddie Fenech Adami ħasibha mod ieħor u b’hekk Gejtu Pace salva milli jkun akkużat b’kompliċita fil-qtil ta’ Nardu Debono.

Qed inġib dan il-każ mhux biex jgħajjar lil Gejtu Pace imma biex wieħed joqgħod attent kif jgħajjar il-President tar-Repubblika għaliex jekk bajd kbir wieħed jifhem il-kapaċita’ ta’ persuna li ma ssawwatx nies, allura kburi li l-President ta’ Malta ma għandux dan it-tip ta’ bajd kbir!

Dan il-kummenti juru x’tip ta’ nies hemm favur dawn l-emendi li ġew approvati bi qbil bejn Bernard Grech u Robert Abela.  Jien kburi li l-President tar-Repubblika ma għandux il-bajd li joqtol persuni difettużi.

2 thoughts on “Aktar dwar it-tgħajjir lejn il-President George Vella talli ma ffirmax l-emendi tal-IVF; ġie mgħajjar bla bajd

  1. Jiena nghajjar bla bajd mhux lil President George Vella, anzi nifrahlu ghax kien, ghadu w jibqa RAGEL ghax zamm il principju li jhaddan.
    Bla bajd min iffirma minn floku. Ma kellux ghalfejn jidhol bejn il basla w qoxrita.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *