Xi tfisser l-elezzjoni ta’ Alex Perici Calascione wara d-diskors ta’ Robert Arrigo lbieraħ?

Alex Perici Calascione ġie elett viċi-kap tal-Partit Nazzjonalista b’90% tal-voti minn 71% tal-kunsillera li marru jivvuttaw. B’hekk kif kien ġa ħabbar dan is-sit, Alex Perici Calascione ġie elett viċi-kap b’perċentaġġ ta’ voti aktar milli kien ġab Bernard Grech fl-aħħar elezzjoni meta kien ikkonfermat kap. Min-naħa, l-oħra, kif ġa kelli ċans nikkummenta lbieraħ, Alex Perici Calascione ġie elett viċi-kap f’elezzjoni li fiha deher ċar li naqas l-interess tal-kunsilliera li kellhom jivvuttaw u imma ddeċidew li ma jwettqux dmirhom u jmorru jivvutaw. Dan għaliex f’din l-elezzjoni marru jivvutaw 71% tal-kunsiliera filwaqt li f’dik tal-kap kienu marru jivvuttaw 90% tal-kunsillera.

Kif ġa għidt, dan is-sit kien ħabbar li Alex Perici Calascione kien mistenni li jkollu riżultat aħjar milli kellu l-kap attwali. Kien imħabbar ukoll kif internament kien hemm tfixkil sabiex Alex Perici Calascione ma jkollux riżultat aħjar minn ta’ Bernarch Grech. Issa jekk xi ħadd kellu xi dubju dwar kif Bernard Grech jaħdem, ilbieraħ Robert Arrigo semma’ minn xix għadda u x’għamlu biex iwarrbuh.

Issa ovvjament jibdew il-problemi, dwar kemm dan il-Viċi-Kap ser jitħalla jaħdem min-nies ta ‘ Bernard Grech. Kien f’dan il-kuntest li Robert Arrigo tkellem kif tkellem, u semma b’persuni bħal Mario De Giorgio u Emvin Bartolo, ma jitħallewx ikomplu jagħmlu ħsara rreparabbli lill-Partit Nazzjonalista aktar milli ġa għamlu.

Ħadd ma għandu jinsa li Bernard Grech ħabbar li kien jixtieq viċi-kap mara. Iżda din il-mara baqgħat ma wasslet qatt. Id-disinteress kien jidher ukoll mill-fatt li ħadd mi-deputati ma resaq biex joħroġ għall-viċi-kap. Wara d-diskors ta’ Robert Arrigo, joħroġ aktar ċar għala ħadd ma ried isir viċi-kap taħt Bernard Grech.

Infatti, Alex Perici Calascione ħareġ fl-aħħar minuta meta ra li mhux ser jkun hemm kompetizzjoni. Issa d-deputati li jidhru li ma jaqbulx mat-tmexxija ta’ Bernard Grech, minflok qed jagħmlu bħal ma għamlu dawk id-deputati li kienu kontra Adrian Delia u joħolqu protesti, qegħdin iħallu lil Bernard jagħżaq waħdu u jgħidulu kollox “iva” biex jarawh dieħel fil-ħajt.

Min-naħa tiegħi jonqos biss li nawgura lil Alex Perici Calascione l-ħidma t-tajba.

Leave a Reply

Your email address will not be published.