Resistenza fil-Partit Laburista biex Michele Muscat ma toħroġx għall-elezzjoni Ewropej

Dan is-sit jinsab infurmat li bħalissa qed issir resistenza interna fil-Partit Laburista biex Michele Muscat ma toħroġx bħala kandidata mal-Partit Laburista għall-elezzjonijiet Ewropej. Dan wara li kien hemm min vera x-xewqa li Michele Muscat għandha tkun kandidata għal dawn l-elezzjonijiet f’isem il-Partit Laburista. Imma din ix-xewqa ntlaqgħet b’nuqqas ta’ entużjazmu kbir fil-istrutturi interni tal-Partit Laburista għaliex qedha titqies bħala sfida diretta lil Robert Abela mill-fazzjoni b’saħħitha qed tinbena wara Joseph Muscat. Din il-fazzjoni qed tikber kuljum.

Il-biża’ huwa li dawk li bħalissa huma rrabbjati għal Robert Abela jaraw f’Michele Muscat l-okkażżjoni biex jagħtuha l-appoġġ tagħhom. Jekk tmur tajjeb f’din l-elezzjoni, din tkun mitqiesha bħala sfida ċara lil Robert Abela.

Min-naħa l-oħra, jekk l-indikazzjonijiet ikunu – kif qed jagħtu s-surverys interni li qed jikkommissjona l-Lejber mingħand Vincent Marmara, li qed tikber l-apatija fost il-Laburista, biex il-Partit Laburista ma jmurx ħażin ikollu jaċċetta li jħalli lil Michele Muscat toħroġ bħala kandidata għall-elezzjonijiet Ewropej f’isem il-Partit Laburista.

Il-verita’ hija li qed tikber ir-rabja fost il-Laburisti, u hemm biża’ kbir li ser ikun hemm ħafna astjensjonijiet fl-elezzjoni tal-Ewropa. B’hekk kull element ta’ orgolju (pride) li jista’ jkun fit-tmexxija attwali lejn Michelle Muscat li tkun kandidat għal din l-elezzjoni jkollu jitwarrab.

One thought on “Resistenza fil-Partit Laburista biex Michele Muscat ma toħroġx għall-elezzjoni Ewropej

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *