Bernard Grech jagħmel riklam lill-għarus tat-tifla tiegħu Beppe Galea għall-elezzjonijiet Ewropej

Bernard Grech tella’ post biex jawgura lil Beppe Galea talli konfermat bħala ċ-Chairman al-European Democrat Students (EDS).

Dak li ma qalx Bernard Grech lil Beppe Galea huwa l-għarus tat-tifla tiegħu. Fi kliem ieħor dan hu riklam li Bernard Grech qed jagħmel lil Beppe Galea u jidher ċar li Bernard Grech personalment ser ikun qed jimbotta lil Beppe Galea fl-elezzjonijiet Ewropej.

Il-kandidatura ta’ Beppe Galea qed toħloq ċertu nervożiżmu politiku u nċertezza kbira kemm fil-kamp ta’ Roberta Metsola u anki f’dak ta’ David Casa. Casa u Metsola tafu li fuq livell ta’ Partit ser ikollha sfida. Ilbieraħ, Robert Arrigo tkellem dwar kif ġie imwarrab. Ħafna kandidati Nazzjonalisti li ser joħorġu għall-Ewropej jafu li ser ikunu mwarrba biex ikun imbuttat Beppe Galea. Dan il-messaġġ ta’ Bernard Grech hu biss il-bidu.

Ma hemm xejn ħażin li kandidat żagħżugħ bħal Beppe Galea joħroġ bħala kandidat mal-Partit Nazzjonalista. Dak li hu tal-blieh hu li dan il-kandidat ser ikun imbuttat mill-magna tal-partit u Bernard Grech ġa beda jimbuttah għaliex qed joħroġ mat-tifla tiegħu.

Normalment dawn huma affarijiet privati anki jekk Beppe Galea ma ddejjaqx itella’ fuq Facebook ritratti tal-vjaġġ li għamel mas-Segretarju tal-Partit Nazzjonalista, Michael Piccinino li qed joħroġ mal-personal assistant tal-mara ta’ Bernard Grech. Imma fuq dan nitkellem f’post ieħor.

Dan kollu jfisser li fil-kampanja elettorali tal-Ewropa, il-magna tal-partit ser iddur kollha favur Beppe Galea – kif kienet iffukata totalment fuq Bernard Grech matul l-aħħar elezzjoni. U r-riklami għal Beppe Galea ġa bdew kif jgħidu bl-Ingliż, in earnest.

2 thoughts on “Bernard Grech jagħmel riklam lill-għarus tat-tifla tiegħu Beppe Galea għall-elezzjonijiet Ewropej

  1. Bernard jimpurtah biss minnu u mill familja. Baqa kap ghax hu ghazzien u paga bhal din qatt ma ra. Irrid ikompli. gawdi il perkacci ta kap tal oppozizzjoni bhal karozza b xejn, fuel u xuffier imhallsin mit taxxa taghna. Dan minbarra dak li jakkwista permezz tal partit fosthom ikliet b’xejn u credit card tal partit.
    Issa jrid jaghmel l gharus tat tifla Membru Parlamentari Ewropew. Halli jiekol hu u tal familja. Ara vera mejjet bil guh Bernard Grech.

  2. Għandek kull dritt għall-opinjoni Sur Mercieca, pero idealment qabel nippubblikaw xi artiklu aħjar naraw il-fatti eżatt kif inhuma qabel tkompli titkellem dwarhom. Nissuġġerilek tagħmel xogħlok qabel titfa’ post ieħor 🤣
    Rigward beppe, jekk qed joħroġ mat-tifla tal-kap, x’qiegħed jagħmel ħażin? Dan żamm il-kariga li kellu minn qabel kien joħroġ mat-tifla tal-kap ! Allura qabel kien ħaqqu u issa le ?

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *