Surveys interni li qed jikkommissjona l-Partit Laburista juru li l-apatija fost il-Laburisti qegħda tikber

Dan is-sit jinsab infurmat li l-Partit Laburista kkummissjona surveys interni mingħand Vincent Marmara. Dawn is-surveys qed juru li qed tikber l-apatija b’mod partikolari fost il-Laburisti lejn il-Partit Laburista.

Din l-apatija jidher ċar li ser ikollha effett fuq il-votant Laburista fl-elezzjonijiet Ewropej li ġejjin. Ħafna Laburisti qed jgħiduha ċara li mhux ħerġin jivvutaw.

Waqt li din hija xi ħaġa ta’ inkwiet għal-Lejber, l-uniku konsolazzjoni li għandu li l-Laburisti, li bħalissa huma mdejqin bit-tmexxija attwali tal-Partit Laburista u fuq kollox tal-gvern, ma humiex lesti jaqsmu t-triq u jivvutaw lill-Partit Nazzjonalista għaliex mhux qed jaraw tama f’Bernard Grech.

Dan li qed jiġri li ħafna Laburisti qed japprezzaw aktar lil Adrian Delia bħala dak il-kandidat fuq in-naħa l-oħra tal-ispectrum politiku li l-aktar għandhom empatija miegħu.

One thought on “Surveys interni li qed jikkommissjona l-Partit Laburista juru li l-apatija fost il-Laburisti qegħda tikber

  1. Jien zgur ma nivvutax, laburista hajti kollha Raguni ewlenija hija li sofrejt ingustizzja ferm kbira. u ghexieran ta emails ministri kollha ghalxejn iccempel customer cares 99 fil 100 jitmejlu bijja.
    ARA HUMIEX LESTI JAGHMLU PROGRAMM FUQ IR RADJU KULLJUM U JAGHTU CANS LIN NIES IRESQU L-ILMENT TAGHHOM BIL ID CARD MIN ICEMPEL BIEX IKUN RESPONSABBLI TA LI JIGHD, ……..LE MA JASLUX JAGHMLU HEKK.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *