Robert Arrigo jgħid li anki lilu warrbuh fil-PN.

Fl-aħħar diskors tiegħu, Robert Arrigo jitkellem ċar dwar kif ittrattah Bernard Grech. Bniedem li daħal fil-partit biex hu u l-familja tiegħu jerdgħu l-flus minn fuq il-Partit Nazzjonalista.

Imbagħad, lil Robert Arrigo, warrbuh. Robert Arrigo isemmi b’ismu ċertu Mario Degiorgio, bniedem li l-anqas ħadd ma jafu u kif dan ma ħalliehx – hu viċi-kap, jitla’ fit-tieni sular tal-każin ta’ Ħaż-Żabbar. L-anqas ħalluh jindirizza mass meeting. Din id-darba, il-persuna li għamillu hekk kien Emvin Bartolo. Dan il-bravu ta’ Bartolo ma ħalliex lil Robert Arrigo, viċi-kap, jitla’ fuq il-palk. Imma l-aqwa li l-media bl-Ingliż tal-liberali u progressivi kienet wara Bernard Grech.

Arrigo kien tajjeb biss biex jiġbor il-flus ħalli Bernard Grech u l-familja jgħixu ħajja ta’ lussu. X’qatt ta Bernard Grech lill-Partit Nazzjonalista? Dan daħal biex jieħu biss. Arrigo ġab il-miljuni lill-Partit Nazzjonalista.

Isimgħu lil Arrigo innifsu jitkellem dwar l-esperjenza tiegħu personali u ta’ kemm il-Partit Nazzjonalista ta’ Bernard Grech ittrattah ħażin.

Kunsilliera bagħatli dan il-messaġġ:

This is definitely with Bernard’s blessing I’m livid !! From all people they do this to Arrigo !! What bloody bastards. He gave his life for the party he have the party millions what did Bernard ever give the party NOTHING he only took from the party !! Sorry simon imma I can’t take this shit from the party

What bastards!!

Kunsillier ieħor qalli hekk:

Nirreferi għad-diskors li llum għamel Robert Arrigo. L-aħħar diskors tiegħu bħala Viċi-kap qabel laħaq Calascione viċi-kap. Kien diskors emozzjonanti u ta weggħat kbira. Fih semma xi inċidenti ta disrispett lejh.

Jekk vera il-PN irrid iqum fuq saqajh u jerġa’ ssir relevanti, il-Partit, għandu jinvestiga dawn akkużi u jieħu azzjoni kontra min wettaqhom. imma ma naħsibx li hemm riedha!

2 thoughts on “Robert Arrigo jgħid li anki lilu warrbuh fil-PN.

  1. Bernard itlaq. Kissirtu partit. Qieghed hemm biex ghall intetessi tieghek. Imissek tisthi ghamiltlu hekk lir Robert Arrigo. Robert Arrigo jaghti l partit. U int Bernard Grech tohodlu. Int tara x se takkwista. Anqas tesserat ma kont Bernard. Int kont mejjet bil guh bhala avukat. U mejjet bil guh bhala kap. Ghax int Bernard Grech bniedem ghazzien,superv u ghajjur. GRAZZI GHAZIZ ROBERT. GOD BLESS YOU.

  2. Wara l-mass rally taż-Żurrieq, ħadd mill-kandidati ma telgħu aktar fuq il-palk. Grazzi, Peregin, tal-ideat brillanti tiegħek, ridt żgħażagħ biss jidhru wara l-kap. Imbagħad Bernard jiġi jwiegħed lill-kandidati, fl-aħħar diskors qabel nofsilejl tal-ġurnata tas-silenzju, ġor-4 sular fl-Istamperija li mhux se jinsa qatt li “ħriġtu għonqkom” f’dal-mument kruċjali għall-partit. Ħallina.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *