Adrian Delia kien emozzjonat ħafna minħabba l-inġustizzji li sofra Robert Arrigo

Adrian Delia għadu kif tella’ post fejn irringrazzja lil Robert Arrigo. Kien ringrazzjament li ħareġ mill-qalb. Persuna li kienet fil-forum tad-Dar Ċentrali qal li Adrian Delia deher ġenwinament emozzjonat meta Robert Arrigo għamel id-diskors tiegħu. Dan hu dak li kiteb Adrian Delia minħabba l-inġustizzji li sofra Robert Arrigo.

Ma nistax nibqa sieket jekk nemmen fl-onestà

Ma nistax noqgħod kwiet jekk nisma b’inġustizzja

Ma nistax ma ngħid xejn fuq min dejjem qal il-verità

Ma nistax ma nitkellimx dwar min tkellem sal-aħħar is-sewwa

Ma rridx nonqos fir-rispett lil min dejjem urieh imma lilu naqsu jagħtuhulu

Robert Arrigo I salute you

a hundred and one times over Respect to you my gentleman friend.

PS.

Min-naħa tiegħu, Dr. Adrian Delia bagħat kjarifika lil dan is-sit minħabba li setgħet ingħatat l-impressjoni li hu kien preżenti ilbieraħ waqt id-diskors li għamel Robert Arrigo. Hu qal li ma kienx preżenti fil-forum meta Arrigo għamel id-diskors tiegħu imma, ikkonferma dak li qalet il-persuna li kienet fil-forum li verament huwa ħassu ħafna emozzjonat ħafna meta sema’ d-diskors ta’ Robert Arrigo.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *