Adrian Delia jippreżenta l-argumenti finali fil-kawża li qed jagħmel kontra il-Vitals.
Ilbieraħ, l-avukat Adrian Delia daħħal l-argumenti finali tiegħu fil-kawża li qed jagħmel kontra l-Vitals (illum Steward’s). F’messaġġ li kiteb fuq Facebook, Adrian Delia qal hekk:
“Ma’ kull kelma, ma’ kull paragrafu, kull paġna, kull argument li jelenka dak kollu li ġara fuq medda ta’ snin xtarrejt kemm insteraq bl-ikrah u għadu qed jinsteraq il-poplu Għawdxi u Malti. Miljuni fuq miljuni kuljum.
Jaqbdek il-biki, rabja kbira imma fuq kollox determinazzjoni ikbar biex inwaqqaf din is serqa li Robert Abela m’għandux il kuraġġ jagħmel hu u nwaqqgħu dan il kuntratt korrott darba għal dejjem“.
Adrian Delia qed ikun assisti mill-avukati tiegħu Edward Debono u Nick DeBono li tawh assistenza prezzjuża tagħhom fil-preżentazzjoni tal-aħħar sottomissjonijiet.
Dawn l-argumenti jew is-sottomissjonijiet li ppreżenta Adrian Delia ser ikunu ttrattati minn dan is-sit f’aktar dettall aktar ‘il quddiem.
