Aktar minn prinċipji dwar il-ħajja, l-istrateġija tal-PN hija kif tinbena immaġni ta’ grupp Parlamentari maqgħud
Mid-Dar Ċentrali
Politiku ta’ kuxjenza jaġixxi skond dak li jħoss li hu ġust u sewwa. Ilbieraħ artiklu miktub fuq il-portal tal-knisja Newsbook mid-Deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo (Tal-Mosta) jgħid ħafna. Between the lines, hemm ħafna x’ tifhem. Għax fil-PN illum sakemm ma’ ċċediex għal karattri b’ego daqshiex li hemm, se jkollok tħallas prezz qares. Bartolo jagħmilha ċara u stedinhom biex dak li għandhom jagħmlu, jagħmluh. Lest għal kull konsegwenza.
Illum fid-Dar Ċentrali, xogħolhom sar biss li jintimidaw u jieqfu lil min iqum bilwieqfa biex iżommu posthom. Ħasbu li se jimminaw u jużaw tgħajjir u intimidazzjoni li ma tmurx toħroġ xi informazzjoni u tinkixef l-istampa tas-sitwazzjoni fil-grupp parlamentari. Deputati qed jispiċċaw f’ġenb mhux minħabba l-prinċipji favur il-ħajja mill-konċepiment sal-mewt, imma għax hemm min irid ibiegħ stampa li l-Grupp Parlamentari magħqud wara Bernard Grech u li Bernard Grech eroj għax irnexxielu jagħmel grupp eċċellenti ta’ għaqda. Minn kollox lesti jagħmlu biex jippreżentaw dak il-kwadru. Hemm min waqqfilhom bħal ma għamlu Ivan Bartolo, Adrian Delia u Alex Borg u oħrajn, fejn urewhom li mal-prinċipji m’hemmx logħob u li huma mhumiex għal bejgħ.
Il-Partit Nazzjonalista taħt Bernard Grech mhuwiex il-partit ta’ prinċipji sodi. Taħt Bernard Grech lanqas il-prinċipju bażiku ma jeżisti, dak il-prinċipju bażiku fil-politika tal-istima, dinjita’ u rispett lejn l-persuna, kull prinċipju ieħor jaqa’ u jsir falz. Allura min jgħid li fil-Partit Nazzjonalista qed jiġġieled il-korruzzjoni, il-ġustizzja u rule of law huwa giddieb jekk l-ewwel u qabel kollox lanqas wera stima lejn it-talent, id-dinjita’ u r-rispett tal-persuna. Hemm ġew hemm min ġie trattat bħaż-żibel, aħseb u ara lil min lanqas jafuh kif jittrattawh.
Għalhekk il-poplu warrab lil PN f’elezzjoni wara oħra, għax dawn tilfu l-prinċipju bażiku li jistmaw lil persuna b’dinjita’ u rispett u jgħinuha tilħaq il-milja tagħha. Meta titlef dan, ma tistax tbellagħha lin-nies li qed tiġġieled għal prinċipji sodi għax kull prinċipju favur d-demokarazija, meritokrazija, ġustizzja u rule of law jibdew, l-ewwel u qabel kollox, billi jimpurtak u jkollok rispett lejn d-dinjita tal-persuna.
Il-PN taħt Grech m’ għadux jintgħaraf!