Silvio Parnis fost dawk li għamlu like lil Adrian Delia għall-messaġġ ta’ support li bagħat lid-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo tal-Mosta

Waqt li Bernard Grech qiegħed jagħżaq u issa qal li l-President ta’ Malta kellu jirreżenja għaliex ma qabilx mal-emendi li l-istess Bernard Grech ivvota favur tagħhom fil-Parlament, Adrian Delia bagħat messaġġ ta’ support lil Ivan Bartolo wara li Ivan Bartolo tella’ blogg ippubblikat fuq Newsbook fejn spjeġa għala huwa favur il-ħajja. Adrian Delia kien wieħed minn ta’ l-ewwel li feraħlu u qallu biex jibqa’ jżomm sod. Fost dawk li għamlu like għal dan il-messaġġ ta’ Adrian Delia kien hemm Carm Mifsud Bonnici u anki l-eks-deputat Laburista, Silvio Parnis.

Silvio Paris għamel like ukoll għal meta Adrian Delia kien qal li sejjer jindirizza l-laqgħa ta’ Edwin Vassallo.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *