Tal-Lovin Malta issa jridu jillegalizzaw id-droga kollha f’pajjiżna

Minn osservatur politiku

Wara li mexxew il-kampanja favur il-legaliżazzjoni tal-ħaxixa, issa tal-Lovin Malta se jibdew it-triq biex jiġu legalizzati iżjed drogi. Dan jirriżulta minn artiklu li ttella’ fuq is-sit tal-Lovin Malta. Fih qed jfakkruna li riċentament il-cannabis kienet legalizzata f’Malta. Lovin Malta li kienu tant parteċipi u mbuttaw kemm felħu biex il-cannabis tidħol f’pajjiżna qed jiftaħru li b’dan li qed jitkellmu fuqu jista’ jkun pass għaqli u tajjeb biex fil-pajjiż ikollna politika dwar id-droga. Lovin Malta qed jgħidu li l-pass meħud dwar il-cannabis f’pajjiżna jiftaħ kollox beraħ għall-introduzzjoni għall-użu rikrejattiv ta’ droga illegali oħra.

Din hi l-aġenda li qed jaħdmu fuqha ta’ Lovin Malta. Qed isir diskors fejn jintqal li r-riċerka dwar l-effetti, kemm tajbin kif ukoll ħżiena, ta’ ċertu sustanzi jkollhom fuq il-bniedem. Imma Lovin Malta qed jgħidu li d-droga kollha hija miġbura f’kategorija ta’ periklu għalkemm, skond Lovin Malta, hemm ħafna studji li jgħidu mod ieħor. Qed isostnu wkoll li d-droga hija regolata b’mod fjakk li jwasslu biex il-persuna jikkonsma kwalita’ ta’ droga li tista’ jkollha effett ħażin fuq is-saħħa tal-persuna. Lovin Malta qed iħajjru qarrejja tagħhom biex jaqsmu magħhom l-esperjenzi personali dwar l-użu tad-droga f’Malta u Għawdex.

Fl-artiklu tagħhom qed jgħidu lill-qarrejja li għalhekk iridu jifhmu iżjed dwar dan l-użu. Qed jistaqsu biex ikollhom kummenti mill-poplu Malti u Għawdxi ta’ kif jistgħu jużaw id-droga imma jnaqqsu l-ħsara li tista’ tagħmel l-istess droga. Fil-fatt Lovin Malta qed jgħidu li s-suġġerimenti tal-poplu għandhom is-saħħa biex jagħmlu differenza kbira. Għalhekk qed iħajjru lil kull min hu interessat biex jirrispondu għall-istħarriġ li qed jagħmlu. Dik hija l-aġenda li qed jibnu dawn il-ġurnalisti ta’ Lovin Malta. Diġa kienu parteċipanti f’saħħithom meta f’pajjiżna kienet qed tkun diskussa l-liġi tal-cannabis u dan il-portal kien influwenti biex idaħħlet il-liġi kif iddaħħlet. Issa donnu dan il-portal qed jiftaħ il-ġwienaħ iżjed biex jara kif jista’ jesperimenta bi droga oħra li tista’ wkoll ‘l quddiem tintuża f’pajjiżna.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *