Laqgħa oħra ta’ suċċess għal Edwin Vassallo f’Birkirkara

Ilbieraħ, Edwin Vassallo kellu laqgħa oħra ta’ suċċess. Din saret għand il-Ġiżwiti f’Birkirkara. Għaliha attenda Adrian Delia. Fil-messaġġ li tella’ fuq Facebook, Edwin Vassallo rringrazzja lil kull min attenda u ħa sehem f’din il-laqgħa ta’ tal-bieraħ it-Tlieta 26 ta’ Lulju fil-Kulleġġ San Alwiġi.

Hu rringrazzja lil kull min għen fl-organizzazzjoni ta ‘ din il-laqgħa.

Hu qal li dawn huwa laqgħat li fihom qed dawk li qed jattendu qed jiġġieldu kontra l-kultura tal-mewt. L-armi tagħhom huma l-persważjoni, id-djalogu, l-onesta, il-konsistenza u l-kredibbiltà.

Ix-xewqa ta’ Edwin Vassallo hi li f’kull laqgħa ta’ djalogu jiltaqa’ dejjem ma’ aktar persuni u jingħaqdu miegħu fl-impenn favur il-ħajja, il-familja u l-libertà.

One thought on “Laqgħa oħra ta’ suċċess għal Edwin Vassallo f’Birkirkara

  1. That’s a great idea but I remember EFA with his dialogue and slogan “” Xoghol Guztizja u Libertà “” and as soon as he grab the power no work no juctice and no liberty. As they say once bitten twice shy

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *