Is-survey tal-bieraħ tal-Malta Today ikkonferma li l-PN miet fin-naħa t’isfel ta’ Malta
Minn osservatur
Fin-naħa t’isfel ta’ Malta l-PN miet. Dan ħareġ ċar fl-aħħar sondaġġ tal-Malta Today. Dan wera kif fin-naħa t’isfel ta’ Malta l-Partit Nazzjonalista sfaxxa għal kollox. Miet. Dan minkejja li l-Kap Nazzjonalista Bernard Grech ġie elett minn fuq il-ħames distrett. Fl-istorja politika moderna ta’ pajjiżna, n-naħa t’isfel dejjem ta’ appoġġ b’saħħtu lill-Partit Laburista iżda s-sitwazzjoni għall-PN qatt ma kienet daqshekk ħażina daqs illum. Il-kelma hi ‘dizastru’.
Dan kollu huwa riżultat tal-eletiżmu sfrenat li ħakem lill-PN fl-aħħar snin. Irjus kbar fil-PN iħarsu lejn in-nies tan-naħa t’isfel ta’ Malta b’mod dispreġġattiv għall-aħħar. Jinjorawhom, jirredikolawhom u jittrattawhom ta’ ċittadini inferjuri kif kienet tgħidilhom u tgħallimhom Daphne Caruana Galizia. Ir-riżultat issa huwa li f’din in-naħa t’isfel ta’ Malta, il-PN daħal gas down ġoll-ħajt. Sfaxxa għal kollox. Tilef pilastri ewlenin fosthom lil Mario Galea, deputat li dejjem tela’ b’saħħtu minn ġewwa ż-Żejtun, lokalita’ magħrufa għall-appoġġ tagħha lill-Labour. F’Mario Galea n-Nazzjonalisti Żwieten kienu jsibu ħajt ta’ refuġju. Bernard Grech ramih. Illum Galea stess jgħid pubblikament kif il-PN warrbu u mexa miegħu b’kattiverja kbira.
L-istess għamlu lil Carmelo Mifsud Bonnici – bin Ugo Mifsud Bonnici, familja nazzjonalista illustri mill-Kottonera. Lil Carmelo Mifsud Bonnici, Bernard Grech warrbu ghal kollox – u dan għaliex hu fatt magħruf li ta’ Mifsud Bonnici kienu appoggjaw lil Adrian Delia.
Clyde Puli kien deputat li jitla’ b’saħħa minn Ħal Qormi. Meta sar Segretarju Ġenerali għamlu minn kollox biex ikissruh u spiċċa telaq. Puli kellhu aktar x’jikkontribwixxi, speċjalment għan-nies tas-South, imma ħallewhx.
Anke t-tabib Stephen Spiteri, ghalkemm reġa’ ġie elett, il-PN warrbu wkoll. Issa jekk hemm politiku li n-nies tas-South, irrelevanti mill-kulur politiku taghhom, iħobbu huwa Stephen Spiteri. Imma għall-elitisti fil-PN, Spiteri huwa bniedem ‘ordinarju’ u mhux ‘tal-altezza tagħhom’.
Anke kandidati Nazzjonalisti mis-South ġew imwarrbin għal kollox. Fosthom Ivan Bartolo ta’ Raħal il-Ġdid li huwa magħruf kemm jgħin nies fil-faqar. Il-magna tal-partit ħadmet kontra tiegħu u fl-elezzjoni ġenerali li għaddiet ma telax.
Kien hemm it-tabib Mario Rizzo Naudi minn Ħal Għaxaq. Simon Busuttil kien warrbu u tellfulu kull ċans li jiġi elett. Rizzo Naudi tabib maħbub man-nies tas-South.
Kien hemm imbad Frank Psaila u martu Alessia Psaila Zammit. Tal-ewwel kien ħareġ għall-Ewropa u ġab eluf kbar ta’ voti mis-South, iżda l-elitisti fil-PN ħadmu kontra tiegżħu u ma telax. L-istess kif ghamlu lil martu li kienet Sindku tajba tas-Siġġiewi u fl-aħħar elezzjoni l-magna tal-partit warrbitha mal-ġenb biex ma titlax.
Imbagħad kien hemm kandidati oħrajn li għalkemm mhux South iżda kienu jinżlu tajjeb man-nies tas-South. Fost dawn Roselyn Borg Knight li wkoll kienet kandidata tal-PN u llum spiccat telqet mill-PN għax l-elitisti warrbuha wkoll.
Bħal ma għamlu lil Michael Briguglio, soċjologu, li seta’ jagħmel ħafna ġid lill-PN fin-naħa t’isfel ta’ Malta, anke jekk huwa Slimiż. Imma lil Briguglio warrbuh ukoll.
Kien hemm Franco Debono li meta ħadha kontra l-Gvern ta’ Gonzi, u llum iż-żmien tah raġun, kissruh u għadhom sal-lum jagħlqulu l-bieb anke jekk kemm-il darba wera ruħu dispost li jgħin. Man-nies tas- South, Debono kien popolari ferm.
L-istess xorti messet lil Errol Cutajar, kandidat Nazzjonalista mis-South, li l-PN ta’ Bernard Grech warrab waqt il-kampanja elettorali ħalli ma jitlax.
Lil Jean Pierre Debono, il-klikka elitista baqgħet baqgħet sakemm kellu jwarrab mill-PN. Debono, Żebbugi, kien rabba l-għeruq man-nies tas-South.
Lil Hermann Schiavone, elett minn Marsaxlokk, warrbuh ukoll.
Marthese Portelli, għalkemm mhux mis-South, imma kienet tinżel tajjeb ħafna man-nies ta; din in-naħa ta’ Malta – ma ħallewhiex taħdem u spiċċat telqet mill-PN.
Deputati li reġgħu ġew eletti, iżda ma tantx jingħataw spazju hemm Toni Bezzina magħruf għall-politika effettiva tiegħu fit-triq man-nies.
Hemm deputati bħal Ivan Bartolo tal-Mosta li ghalkemm elett mill-Mosta, magħruf li jaħdem ħafna fost in-nies tas-South speċjalment dawk l-aktar fil-bżonn. Lil Bartolo, il-PN tah il-ġenb għal kollox u warrbu bil-kbir.
F’Adrian Delia, il-PN kellu kap li kien qed jagħmel in roads man-nies tas-South. Ħassew li kien wieħed minnhom. Mhux elitist. Kapaċi jitkellem bil-lingwa tagħhom. Jifhimhom. Jifhem il-ħtiġijiet tagħhom. Lil Delia, l-elitisti fil-PN qaċċtuh minn kap.
Bernard Grech mis-South ukoll – iżda n-nies tas-South, speċjalment in-Nazzjonalisti, ma jassoċċjawx ruħhom miegħu. Bernard kuntent b’deputati li anqas biss jinħassu kemm ilhom fil-Parlament. Illum il-PN għandhu kriżi fis-South u sakemm il-PN jibqa’ maħtuf mill-elitisti m’hemmx tama. Fis-South, taħt Bernard Grech, il-PN miet.
Possibli id dirigenti tal partit kuntenti b’fan kollu? Qumu min hemm mir raqda li hakmet lil Dan il partit u ghamlu xi haga. Irid isir xi haga, TERRIMOT iva ekk hemm bzonn. Jien nitfa it tort kollu lil membri ta l’Ezekutiv mhux qedin hemm iccassati ma jaghmlu xejn. Diga qedin tard, tkunux komplici ta Dan it tkissir, iqfu w’hudu azzjoni ISSA.
Għalkemm dan l-artiklu huwa fattwali ħafna imma donnu qiegħed iwarrab is-sitwazzjoni li jinsab fiha l-PN f’naħiet oħra ta’ Malta. Tista’ jekk trid tibda minn Għawdex. Għawdex li sa ftit ilu n-nazzjonalisti kienu jgħidu Għawdex tagħna, caħadhom għal darba tnejn tlieta u s-sitwazzjoni dejjem teħżien għal PN. Le, le ħabib tiegħi Osservatur jekk il-pn miet fis-south fin-north u fin-nofs qiegħed agunija u dan b’detriment għal maħbuba Malta tagħna, għax tinsab bla Oppożizzjoni li mhi ħaġa tajba xejn għad-demokrazija.