Jekk hemm persuna b’mentalita’ ta’ assedju huwa Fr. Joe Borg għax daħħal lill-PN fil-ħajt fuq l-emendi tal-IVF

Jekk kien hemm prova min huma l-qassisin li hemm wara l-abortisti tal-Partit Nazzjonalista, dawn huma Fr. Joe Borg u issa ngħaqad magħhom Fr. Carlo Calleja. Hemm oħrajn li jippreferu ma jidhrux. Imma Fr. Carlo Calleja kiteb artiklu biex jgħidilna kemm kienu tajbin l-emendi li għamel il-Partit Nazzjonalista taħt il-gwida ta’ Bernard Grech għall-liġi li ressaq il-gvern fuq l-IVF. Imma sal-lum ħadd mill-Partit Nazzjonalista ma kellu l-kuraġġ jgħidilna eżatt x’inhuma dawn l-emendi. Huwa ċar li Fr. Carlo Calleja huwa biċċa waħda ma’ Joe Borg u dawn spiċċaw daħħlu lill-PN fil-ħajt u issa Joe Borg qed jara kif ser joħroġ minnha.

Bil-mod li qed jikteb Joe Borg, jidher car li jekk hemm persuna li hija mmexxija minn din il-mentalita’ ta’ assedju huwa hu. Hu stess qiegħed jikkundanna meta jinqeda b,dak li kien miktub fil-gazzetta tal-Azzjoni Kattolika Il-Leħen fil-front page minn Fr. Calleja.

.Joe Borg issa uża lil Fr. Calleja biex jattakka l-ħidma ta’ Edwin Vassallo li kif qal tajjeb Mario Thomas Vassallo qed ikollu impatt aktar issa milli meta kien membru parlamentari.

Kull ma qiegħed jagħmel Edwin Vassallo huwa li jorganizza laqgħat ta’ djalogu favur il-ħajja u dawn spiċċaw werwru lill-PN u lil Joe Borg aktar min-nar ta’ l-infern. Suppost dawn il-laqgħat ta’ djalogu għandhom jagħmluhom il-PN u l-PL.

Issa Fr. Calleja ingħaqad ma’ Fr.Joe Borg biex jissantifikaw il-ħażin tal-PN. B’dan l-artiklu fil-Leħen ippruvaw jaslu għand il-konservativi li qed jitilqu lill-PN u jippruvaw ibellgħulhom li l-PN qiegħed ikun fit-triq tas-sewwa meta ma hux.

Meta wieħed jara kif Fr.Joe Borg u Fr. Calleja flimkien qed jassedjaw lil Edwin Vassallo, tara kif il-Knisja ta’ Malta (imma mhux dik ta’ Għawdex) tinsab magħquda magħha u kontra minn qed jitkellem u jżomm mal-maġisteru bħal ma għandha dmir li tagħmel u suppost qed tagħmel hi.

Fuq kollox l-argument ta’ Joe Borg hu l-istess ta’ l-istrateġisti tal-PN li llum tawna konferma oħra li niżżlu lill-PN fil-qiegħ. Peress li Joe Borg tilef kull kredibilita’, issa qed juża lil Fr Calleja. Imma jiddispjaċini ngħid li l-argumenti ta’ Calleja ma għandhom l-ebda bażi. Kieku l-emendi li għamel il-PN kienu daqshekk kbar kif qalilna Fr. Calleja, kont nistenna li l-media tal-PN titkellem kuljum dwar l-emendi kbar li ressaq il-PN għal din il-liġi.

Dak li kemm Fr. Calleja u Joe Borg qed jitkellmu dwaru huwa ħafna l-bogħod mill-verita’ għaliex l-emendi li ressaq il-PN ma għamlu l-ebda bidla ghal emendi li ressaq il-Gvern. Dak li nkiteb minn Fr Calleja huwa kollu kemm hu parti mill-strateġija ta’ Joe Borg – li jirrendi ruħu f’hogwash.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *