Alfred Sant jikkonferma dak li qed jinkiteb fuq dan is-sit dwar skarsezza fil-fjuwil
F’dan is-sit qed jidhru artikli kemm minn Romegas u anki minn Marica Micallef fejn qed jitkellmu ċar li minħabba l-gwerra fl-Ukrajna, ġejja xitwa diffiċli anki għal Malta. Issa anki Alfred Sant qed jaqbel ma’ dan għaliex qed iwissi dwar diffikultajiet ekonomiċi kbar fix-xitwa li ġejja għall-Ewropa u jista’ jkun hemm skarsezza ta’ fjuwil – aspett li dan is-sit ilu jitkellem dwaru grazzi għar-riċerka li qed jagħmlu Marica Micallef u Romegas.
