Edwin Vassallo jtella’ video biex juri solidarjeta’ mal-President wara li ma ffirmax l-emendi għall-liġi tal-IVF

Edwin Vassallo tella’ video biex jitkellem u jaqbeż għall-President tar-Repubblika ta’ Malta u juri solidarjeta’ miegħu talli qed ikun attakkat għax għadu ma ffirmax dawn l-emendi. Issa anki Il-Leħen is-Sewwa ħarġu jiddefendu dawn l-emendi u b’hekk qed jgħidu lill-President tar-Repubblika biex jiffirmahom.

Edwin Vassallo żamm mal-prinċipji tiegħu. Issa huwa ovvju li Edwin Vassallo, li apparti li qed jaqbeż għall-President, qed ikun kritiku anki għall-PN, b’mod partikolari għal dawk id-deputati li vvutaw favur dawn l-emendi. Magħhom qed ikun kritiku għal dawk ta’ Repubblika, u Occupy Justice. Fil-messaġġ li kiteb biex jakkumpanja dan il-video, Edwin Vassallo qal hekk:

Irrid nuri solidarjetà mal-President ta’ Malta għall- attakk li qed isir fuqu minkejja li bħala persuna għandu dritt fundamentali li jixhed dak li jemmen fih.

Huwa inġust li miegħu qiegħda issir pressjoni u mhux qiegħed ikun rispettat għal dak li jemmen fih.

Jekk l-establishment tal-Gvern u dawk li qed jiftehmu miegħu li huma l-oppożizzjoni u l-gazzetti hekk imsejħa indipendenti, ma jiddejqux jagħmlu pressjoni fuq il-President ta’ Malta, aħseb u ara x’ser ikunu jistgħu jagħmlu lilek għażiż ċittadin.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *