Illum ser issir laqgħa ta’ tim building fost id-deputati Nazzjonalisti
Waqt li Edwin Vassallo qed jorganizza laqgħat man-nies li suppost għandu jorganizzahom il-Partit Nazzjonalista, dan il-partit issa ħareġ bl-idea sublimi li dak li għandu bżonn biex jirranġa s-sitwazzjoni interna hija laqgħa ta’ team building fost id-deputati tiegħu. L-idea hija li permezz ta’ din l-laqgħa ta’ team building, dak li kien u dak li sar ser jintesa u l-PN isir familja waħda. Waqt li team building huwa tajjeb, problemi interni jitolbu ħafna aktar minn hekk biex jissolvew.
B’hekk illum il-Ħamis ser ikun waħda minn dawn il-laqgħat. Din ser issir fil-bini tal-Olive Gardens taħt l-Imdina mit-15.00 ‘l quddiem.
Dan is-sit jinsab infurmat li hemm diversi deputati li mhux sejrin għal din il-laqgħa ta’ team building. Dawn mhux sejrin għal diversi raġunijiet, fosthom hemm min jemmen li tgħaqqad il-grupp mhux bil-logħob imma billi tmur għal ras il-għajn!