NET TV għadu ma tax coverage lill-aħbar li żvela Ivan Bartolo tal-Mosta li l-President għadu ma ffirmax l-emendi tal-IVF

Id-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo (tal-Mosta) kixef fatt li l-President tar-Repubblika ma ffirmax l-emendi għal-liġi tal-IVF. Ġara li dawn l-emendi ġew ippubblikati fil-gazzetta tal-gvern u wara ġew irtirati. Dan seta’ jseħħ għaliex illum Gazzetta tal-Gvern toħroġ biss b’mod diġitali. X’imkien ġara xi żball. Jidher li xi ħadd ħadha for granted li ser tkun iffirmata mill-president u ppubblikaha fil-gazzetta tal-gvern meta fil-fatt il-president ma kienx għadu ffirmaha. B’hekk dan l-avviż kellu jneħħiha.

Dan wassal biex Ivan Bartolo għamel dan il-kumment fuq Facebook:

F’pajjiż normali, meta jinkixef skandlu ta’ Ministeru li jagħmel dikjarazzjoni giddieba u falza fil-Gazzetta uffiċjali tal-Gvern, u terġa’ u tgħid gidba dwar liġi u ligi kontroversjali, ikun hemm riżenji.

Għandna dritt inkunu nafu: Għaliex il-Ministeru bagħat avviż giddieb lid-DOI meta kien jaf li kien qed jigdeb fuq il-President tar-Repubblika?

Id-daħqa hija li Net News aħbar bħal din l-anqas biss ta coverage!!! Mela vera taħt Bernard Grech, il-PN spiċċa biċċa waħda mal-Lejber u qiegħed iservi ta’ forċina lil dan il-gvern biex jgħattilu l-iżballji li jagħmel – kif qed jargumenta dan is-sit.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *