Eks-attivist Nazzjonalista li kien wieħed minn dawk wara r-rebħa ta’ Bernard Grech għall-kap jgħid li llum il-PN tilef ruħu

Meta dan is-sit staqsih fejn sejjer il-Partit Nazzjonalista b’Bernard Grech huwa wieġeb: 

Fil-verita ma nafx inwieġbek. Jeżisti baħħ, vojt, iduru wara xulxin bħal qħab (għax nippruvaw ninħabbu ma’ kulħadd), u dan kollu qed iwassal biex il-partit isir irrelevant”.    

B’dan il-mod iddiskriva ma’ dan is-sit is-sitwazzjoni fil-PN dan l-attivist Nazzjonalista li kien jemmen f’Bernard Grech anzi kien wieħed mill-ħafna li nnominawh għall-kap fis-sajf ta’ sentejn ilu.

Għalija l-Partit Nazzjonalista kien kollox.  Ħadd ma jista’ jgħid li d-differenza f’ħajtu ma seħħitx bil-PN fil-Gvern.  Kont niftaħar ma’ kulħadd li jien nemmen f’Partit Demokristjan.  Illum nipprova nevita diskors fuq politika.  Kemm ilu Grech imexxi, ma nixtieqx li jkolli x’naqsam ma’ dal-partit li flok Demokristjan ġabu tad-Demoxjaten”.

Din il-persuna li kienet wara r-rebħa ta’ Grech fis-sajf tal-2020 kompla jgħid hekk:

Libes żarbun li ma jiġihx.  Miniex kirurgu, imma jekk jgħiduli biex naqsam bniedem, naħseb jekk ikolli l-għodda b’xi mod jirnexxili, imma naħseb li nkun qed nagħmel froġa.  Mhux l-ewwel darba li tkellimt miegħu, imma dan ma jafx jisma.  Jgħidlek li biex nirbħu rridu ninbiddlu.  Dik l-importanti, li jsirilna prim-ministru u addio l-prinċipji.  Jekk nibqgħu sejrin hekk, il-partit nagħmluh supermarket, biex inbiegħu kemm nifilħu.  Għax huma propju l-prinċipji tal-partit li jiddeterminaw l-għaliex jien nassoċċja ruħi mal-PN.  Il-prinċipji huma sagrosant u l-ebda Grech ma jibdilhomli.  Jien ma nistax ngħidlek li kunjomi Borg, u tmur tfittex fuqi u ssib li għandi kunjom differenti.  Din mhijiex kwistjoni ta’ Knisja.  Per eżempju, din ta’ l-Embryo Protection Act, hija aktar profonda minn hekk.  Aħna hawn qed nittkellmu dwar protezzjoni tal-bniedem.  U din li dawk id-deputati li ma kienux komdi u li ma talbux free vote waqt il-grupp, ċert li hija skuża. Fejn irid jinqeda bil-legaliżmi s-Sur Grech.  La darba raha li kien hemm problema, messu raha x’għamel.  Issa l-bużżieqa nfaqgħat f’wiċċu, għax kull min ma vvutax miegħu ħareġ t’eroj.

Tkellem fost in-Nazzjonalisti u tkun taf fejn qed iħabbat il-polż tal-partit.  Ara l-media soċjali u aktar minn 90 fil-mija tal-kummenti fost in-Nazzjonalisti jriduh jisparixxi mix-xena.  Meta Thatcher affaċċjat il-vot dwar l-abort, minkejja li kienet favur xorta tat free vote. L-istess Cameron u anki Angela Merkel tal-Christian Democratic Union.  Imma l-bully Bernard Grech webbes rasu u tilef il-ftit frak li kien għad fadallu”.

One thought on “Eks-attivist Nazzjonalista li kien wieħed minn dawk wara r-rebħa ta’ Bernard Grech għall-kap jgħid li llum il-PN tilef ruħu

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *