“Kienu bagħtu għal persuna fit-tim ta’ Calascione biex jgħidulu li kien qed jaħli ħinu jaħdem għal Alex Perici Calascione”
Mhux xi sigriet bil-ħsara li saret lil ċertu kandidati fl-elezzjoni ġenerali li għadha kemm għaddiet, inkluż lil Alex Perici Calascione, li fi ftit jiem oħra se jkun ir-right hand ta’ Bernard Grech. Tajjeb li l-qarrejja ta’ dan is-sit ikun jafu li mid-Dar Ċentrali, fi żmien il-kampanja elettorali, kienu bagħtu għal persuna fit-tim ta’ Calascione biex jgħidulu li kien qed jaħli ħinu jaħdem għal Calascione, għax il-Partit ma jridux fil-Parlament.
Fil-verita’, Grech dejjem ftaħar li jtella’ fil-Parlament lil min irid hu. Dik demokrazija! Niddubita Malta qattx rat politiku fil-kariga ta’ kap daqshekk immatur. Bħal tifel tarah jhedded kontinwament lil xi wħud li dwarhom jisma minn kollox. Bla dubju fil-kariga ta’ kap, għandi nifhem li min jaf x’ jisma. Kap suppost iġib ruħu bħal dak il-missier li jaqbeż għal uliedu. Imma ejja ma nidħlux f’ dak il-każ.
Li xi ħadd mill-ulied joħroġ imqareb, nifhimha u nifhem li jkun jeħtieġ li jkun ikkoreġut. Huwa r-rwol ta’ kull missier ideali li jara x’jagħmel u jwitti s-sitwazzjoni. Għal kuntrarju, Bernard Grech jgħajrek, jarmik ’l hemm u ħsiebu biss kif se jħallik l-art. Imma nerġa’ ngħid, ejja ma nidħlux fiha. Il-kbira tafu x’inhi?
Meta l-ulied jisimgħu kliem xejn xieraq fuq il-missier! Meta l-ulied ma jarawx eżempju f’missierhom , u meta l-kap ikun lest lest biex ibiegħ, idamdam u jhedded lill-uliedu. M’hemmx għalfejn nidħlu f’dettalji imma smajna ħafna stejjer fuq hekk. Hemm eks-deputati, sindki u kunsilliera lokali, kunsilliera tal-partit, tesserati u membri f’kumitati sezzjonali li tkellmu fil-beraħ fuq il-fatt li l-kap tal-PN mhux qed jaġixxi ta’ missier.
Ħafna minnhom l-anqas qatt kellhom iċ-ċans li jkellmuh privatament. Pero’ Bernard Grech jiftaħar li kien hemm kunsilliera tal-partit li daħlu fl-uffiċċju tiegħu ta’ kap għall-ewwel darba, minkejja li ilhom is-snin fil-partit. Li ma qallhomx lill-kunsilliera li dan bagħat għalihom fl-uffiċċju biex jikkonfermawh kap u jħalluh hemm igawdi l-ego tiegħu.
Quddiemu, kull min jidher jew jinħass b’saħħtu fid-distrett, qed ipoġġi lilu nnifsu għal rovina politika. Il-poter u l-popolarita’ għal vanaglorja tiegħu biss, u insa li jaf jaħdem f’tim. Dan jemmen li hu l-mibgħut mis-sema għal dan il-partit. M’għarafx jikkalkula l-imġieba tiegħu, l-aktar meta din tispikka fih id-diviżjoni, il-bullying, u l-preġudizzju. Hemm min, kemm ilu hu, id-Dar Ċentrali saret qisha qorti, tmur fiha biex jgħadduk ġuri.
U biex jilgħabha tal-cool u jobdi lill-ibnu, li kien għalih ivvota favur il-liġi tal-cannabis, imma kellu jagħmel u-turn għax kien hemm min żammlu r-riedni. L-istess ġara fil-liġi msejħa tal-protezzjoni tal-IVF u hemm min ħalef li jibqa’ jagħmel l-istess, jekk ifettillu jaqbeż kull linja. “Tilef kull sens t’awtorita” qal wieħed mid-deputati tiegħu lil dan is-sit.
Nagħlaq b’silta minn dak li kien qal l-eks-Ministru tal-Finanzi, Tonio Fenech. Anki jekk qalha żmien ilu, din għadha valida u tagħmel aktar sens illum fil-PN minn qatt qabel:
“The Party fell into relativism, where values became something personal and should not be part of the debate. We were told that to win the election we needed to be open and accept that the values of others and our values are equal. Our candidate list became interesting, fielding a declared anarchist that believes that Christianity is the cause of all evil, under the banner of a Christian Democrat Party. It became more important for the Party to have this type of candidate, who in the end only garnered 115 votes, than a candidate who in the previous election had obtained nearly 8,000 first count votes. Sadly, in Malta, the Nationalist Party while retaining the Nationalist brand, flag and anthem in an attempt not to alienate its core vote of traditional practising Catholics, made a conscious decision to make the Party look more Liberal. It is difficult for me to count how many core Nationalists have expressed with me their pain and confusion that, as a party, we do not seem to stand for anything. Some say the PN is not their home anymore, others that we have sold our soul for votes, which did not come our way anyway. If this situation is extended further, the Party risks even losing its core to other parties that will appeal to their values. People will come back to the Nationalist Party if we believe in our values”.
Kliem miktub ilu zmien , u Il PN baqa sejjer irrankat fit trieq dizastruza li wissa dwarha Tinio Fenech izjed Il fuq….. u dan b’xi giet li ghadu ifittex Il pedala Tal gas, l’isteering u wkoll seat komdu bil pannu u damask