Yorgen Fenech qal taħt ġurnament li Keith Schembri offra job lill-mara ta’ Keith Arnaud u l-media ma tgħid xejn fuq dan il-każ  

Fatt interessanti ieħor li ħareġ mix-xhieda ta’  Yorgen Fenech li ta fil-kawża kostituzzjonali li fetaħ biex Keith Arnaud ma jibqax l-uffiċjal prosekutur fuq il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia huwa li l-mara tal-istess Keith Arnaud ingħatat job minn Keith Schembri. Infakkar li din il-kawża nstemgħet quddiem l-imħallef Wenzu Mintoff. F’din ix-xhieda ta’ Yorgen Fenech insiru nafu li Keith Schembri ta job lil mara ta’ Keith Arnaud ma’ Infrastructure Malta.

Dan hu dettall ieħor li l-media tal-liberali u l-progressivi – inkluż dik tal-Knisja – qatt ma tkellmet dwaru. L-anqas it-truppa ta’ Repubblika, li tgħid li hija favur ir-rule of law, qatt ma pprotestaw dwar dan il-fatt jew talbu xi investigazzjoni. Infakkar li l-pulizija, inkluż Keith Arnaud innifsu, qatt ma sabu t-telephone jew aħjar il-mobile ta’ Keith Schembri.

Yorgen Fenech jgħid li hu ma kienx jaf lil Keith Arnaud u l-ewwel darba li ltaqa’ miegħu kien meta ġie arrestat. Imma Keith Arnaud kien jaf sew lil Keith Schembri u l-ħbiberijia ta’ bejnithom kienet tmur għal qabel ma ġiet maqtula Daphne Caruana Galizia.  Skont Yorgen Fenech, Keith Arnaud kien jgħaddi ħafna informazzjoni lil Keith Schembri: 

Ikun waqt din l-istess xhieda li Yorgen Fenech jgħid li Keith Schembri kien sab xogħol tajjeb lill-mara tas-Sur Keith Arnaud ma’ Infrastructure Malta. Anzi minn dak li ħareġ fil-qorti huwa li Keith Arnaud innifsu kien avviċina lil Keith Schembri biex isiblu xogħol għall-mara tiegħu. Dan hu dak li Yorgen Fenech qal taħt ġurament:

Dak li jiskantak hu li l-media qatt ma tkellmet fuq dawn il-fatti. Imma mbagħad tkellmet fuq il-fatt li Melvin Theuma ngħata xogħol mal-gvern. Id-daħqa hija li din l-informazzjoni li Keith Schembri ta xogħol mal-gvern lil Melvin Theuma, eżattament fil-Ministeru tal-Familja, ittieħdet mix-xhieda u l-informazzjoni li kienet fil-pussessjoni ta’ Yorgen Fenech. Mela l-pulizija qed tagħżel x’informazzjoni tinvestiga u x’ma tinvestigax minn dak li jaf Yorgen Fenech. Dan hu dak li Yorgen Fenech qal rigward tal-job li Keith Schembri ta lil Melvin Theuma:

Hu ċar minn din ix-xhieda li l-pulizija saret taf li Melvin Theuma ingħata kuntratt biex jaħdem mal-gvern minħabba li dan il-kuntratt nnifsu nstab u ġie elevat mill-uffiċju ta’ Yorgen Fenech. Mela Yorgen Fenech hu xhud kredibbli f’dak li qed jgħid taħt ġurament. Mela għala l-pulizija mhux qed tinvestiga kollox, imma qed tinvestiga biss dak li jaqblilha?

Ara mbagħad il-media tal-Knisja, li tiftaħar li hi l-oraklu tal-verita’, ġabet fuq quddiem li Yorgen Fenech ser ikun mtella’ l-qorti akkużat li ta job mal-Gvern lil Melvin Theuma imma mbagħad, dawn id-dettalji, jiġifieri li din l-informazzjoni ġiet mingħand Yorgen Fenech innifsu ma tikteb xejn. Hu stramb ħafna kif Yorgen Fenech, li mhux ħaddiem mal-gvern, jista’ jiġi mixli li daħħal xi ħadd mal-gvern. Jidher li l-pulizija qed tipprova tinvolvih minħabba li l-kuntratt li Melvin Theuma ddaħħal mal-gvern instab għandu. Imbagħad dwar Keith Arnaud silenzio stampa, jew aħjar l-anqas mistoqsija waħda.

Dik ġustizzja u riportaġġ fair li tiftaħar li tħaddan media l-Knisja kattolika ġewwa Malta! Fuq kollox, fejn huma tar-Repubblika li jiftaħru bir-rule of Law? Fejn hija l-media bl-Ingliż li tiftaħar li hija indipendenti?

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *