Tkompli tirrenja l-konfużjoni fil-PN wara li l-kelliema tal-Kultura titlob għat-tkeċċija tal-Missjoni Russa minn Malta

Id-deputata Nazzjonalista Julie Zahra kitbet messaġġ fuq Facebook fejn titlob għat-tkeċċija tal-missjoni Russa minn Malta. F’kuntest diplomatiku, din tinftiehem li din id-deputata Nazzjonalista qed titlob t-tkeċċija tal-Ambaxxatur Russu minn Malta. Dan il-messaġġ ġie rrappurtat bi prominenza kbira fil-ġurnali, The Times u Lovin Malta. Julie Zahra għamlet din it-talba wara li l-media internazzjonali rrappurtaw l-attakk li għamlu r-Russi li fih inqatlet tifla innoċenti ta’ erba’ snin.

Nifhem li deputata tieħu pożizzjoni jew li tikkundanna xi ħaġa ħażina. Imma Julie Zahra marret pass oltre minn hekk. Hija talbet għat-tkeċċija tal-missjoni Russa minn Malta li tfisser, kif spjegajt aktar ‘il fuq, l-għeluq tal-Ambaxxata Russa f’Malta. Talbet biex Malta tieħu pożizzjoni aktar iebsa kontra Putin.

B’hekk stqarrija bħal din iġġib aktar mistoqsijiet milli tweġibiet. Uffiċjalment Julie Zahra hija l-kelliema tal-Partit Nazzjonalista għall-kultura u mhux għall-affarijiet barranin. Il-kelliem tal-affarijiet barranin fil-Partit Nazzjonalista huwa Beppe Fenech Adami. Beppe Fenech Adami qiegħed b’ħalqu magħluq fuq dan il-konflitt. Jekk kellu jkun hemm stqarrija jew talba bħal din, jiġifieri li titkeċċa l-missjoni Russa, din kellha tiġi minn Beppe Fenech Adami, bħala l-kelliem tal-foreign affairs u mingħand l-ebda deputat Nazzjonalista ieħor!

Mela issa fil-Partit Nazzjonalista qegħdin f’sitwazzjoni fejn

a) il-kelliem tal-affarijiet barranin qiegħed b’ħalqu magħluq meta suppost miftuħ beraħ jitkellem dwar dan il-konflitt.

b) il-kelliema tal-kultura fil-Partit Nazzjonalista b’ħalqha miftuħ beraħ meta suppost magħluq fuq temi li ma jaqgħux taħt il-kultura li huwa d-dikasteru li qed tkun ix-shadow minister tiegħu.

c) F’sitwazzjoni politika normali, stqarrija bħal din tittieħed bħala botta minn deputat kontra deputat ieħor tal-istess partit li mhux qed jagħmel xogħol.

B’hekk din l-istqarrija twassal għal numru ta’ mistoqsijiet diretti lejn Beppe Fenech Adami u l-Partit Nazzjonalista.

  1. Beppe Fenech Adami jaqbel ma’ din il-pożizzjoni ta’ Julie Zahra?
  2. Dak li qalet Julie Zahra jirrifletti l-pożizzjoni uffiċjali tal-Partit Nazzjonalista?
  3. Din il-pożizzjoni għaddiet mill-esekuttiv tal-partit?
  4. Din il-pożizzjoni kienet diskussa fil-grupp parlamentari?

Fuq kollox, għaliex The Times u l-Lovin Malta għandhom din l-ħeġġa kollha biex jikkwotaha?

Din l-istorja turi fejn verament għandu jkun hemm d-dixxiplina fil-Partit Nazzjonalista. Ara fuq temi li qed jirriflettu konfużjoni mhux qed issir dixxiplina.

4 thoughts on “Tkompli tirrenja l-konfużjoni fil-PN wara li l-kelliema tal-Kultura titlob għat-tkeċċija tal-Missjoni Russa minn Malta

    1. Huwa kaz klassiku ta min ahjar jibqa jaghmel dak li forsi jaf ftit jaghmel, cioe min jahseb li jaf ikanta… ahjar jibqa jkanta!!

  1. Fil-PN taht Bernard Grech kulhadd jaqdef ghar-rasu. Bernard Grech qieghed igawdi is-sajf u l-PN miexja bl-autopilot.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *