Where your opinion counts

Ta’ Repubblika b’ħalqhom magħluq dwar l-iżvilupp massiċċ propost ta’ vilel fuq Kemmuna

Diġa’ kellna artiklu fuq dan is-sit taħt it-titlu ta’: “Ta’ Repubblika b’ħalqhom magħluq dwar il-vilel fuq Kemmuna”. U għadna sal-lum ma smajna xejn minn għand Repubblika dwar dan il-proġett massiċċ li qed isir fuq il-gżira ta’ Kemmuna. Il-MaltaToday għada kif infurmat li kien hemm l-approvazzjoni tal-assessjar finali fuq l-iżvilupp ġewwa l-bajja ta’ San Niklaw u l-bajja ta’ Santa Marija fuq Kemmuna mill-ERA (The Environment and Resources Authority). Ta’ min wieħed jirrimarka li min-naħa tal-iżviluppaturi kien hemm xi tibdiliet fuq id-disenji tal-proġett, li kienu mitluba mill-awtoritajiet. Issa dan l-iżvilupp għandu jersaq quddiem l-Awtorita’ tal-Ippjanar għall-approvazzjoni tagħha.

Għal darba oħra wieħed jistaqsi fejnhom il-pampaluni ta’ Repubblika biex jikkritikaw jew jitolbu biex dan l-iżvilupp ma jsirx. Kif intqal fl-artiklu preċedenti fuq dan is-suġġett, ta’ Repubblika ma qalu xejn fuq dan il-bini ta’ vilel lussużi biex jinxtraw mis-sinjuri. U għal darba oħra nerġgħu nistaqsu, għaliex ta’ Repubblika reġgħu waqgħu fil-muta fuq dan il-proġett? Possibbli mhux qed jagħtihom fastidju li qed isir bini ta’ vilel biex jinxtraw mis-sinjuruni?

Għal darba oħra nistqarru li ta’ Repubblika jikkritikaw skond min ikun l-iżviluppatur. F’dan il-każ nafu li dan mhu ħadd ħlief Melo Hili li għadhom kemm xtraw il-binja tat-Times ġewwa Triq San Pawl fil-Belt, bieb ma bieb mal-Berġa ta’ Kastilja, biex jiżviluppawha f’appartamenti lussużi wkoll.

Jista’ jkun li Repubblika jibqgħu lura milli jikkritikaw dan il-proġett ta’ Kemmuna u anke tat-Times fil-Belt, għax l-iżviluppatur jagħti donazzjonijiet lil Repubblika, Occupy Justice u Civil Society Network? S’issa għadna lanqas rajna ebda kumment mill-medja indipendenti tal-Knisja fuq din l-aħħar storja. L-anqas The Times għadha ma tkellmet. Il-mod kif the Malta Today tkellmet fuq dan il-proġett, penġitu qiesu l-iżviluppatur qed jagħmel b’pjaċir lill-ambjent għaliex naqqas l-extent tal-iżvilupp.

Huwa tal-iskantament kif ta’ Repubblika jużaw ‘two weights and two measures’. Meta jridu jikkritikaw u jippruvaw ikissru l-proġett li jaqa’ għall-attenzjoni tagħhom u meta jaqblilhom, għal raġunijiet mhux għalkemm tifhimhom, jibqgħu f’ħalqhom magħluq.

Inħeġġuhom biex ma jagħmlux preferenzi u jikkritikaw fejn ikun hemm il-bżonn u mhux joqgħodu jħarsu lejn l-ismijiet tal-iżviluppaturi.

One thought on “Ta’ Repubblika b’ħalqhom magħluq dwar l-iżvilupp massiċċ propost ta’ vilel fuq Kemmuna

  1. mid-dehra ta l- ” R ” bil maqlub qed juzaw il proverbju ” hokkli dahru u jiena nhokklok dahrek ” u allura b-hekk mhux jirfsu xi kallu jew kallijiet
    Ghalek il proverbju iehor jghajdlek li biex tikkrieka, trid tkun pur jekk mhux purissmu
    Imms nsomma Malta qedin gejn nigu ghal proverbju iehor li jghajd ” jekk tinza l-glekk taqlahha u jekk tilbsu ukoll, u nigu ghal proverbju iehor li jghajd “kull qalb trid ohra “, jew li lix- kubetta ghandha grillu u kullhsdd jghamel li jaqbillu
    Addio

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *