Dwejjaq kbar fost ħafna Laburisti ġenwieni: Jason Micallef jgħid li ma kellux x’jaqsam tat-tkeċċija ta’ Manwel Cuschieri
It-Tlieta li għadda, l-eks-deputat Nazzjonalista, Mario Galea mar fuq il-programm ta’ Saviour Balzan biex jgħid li l-Partit Nazzjonalista spiċċa jwarrab lin-nies tiegħu stess. Fis-sewwa, illum fil-PN hemm nies li huma kapaċi u għandhom il-gazz li jitkellmu.
Imma huwa ċar li fil-Partit Laburista qed jiġri l-istess. Il-każ ta’ Manwel Cuschieri li twaqqaf milli jkompli bil-programm tiegħu fuq ix-xandir tal-Partit Laburista qed jitqies minn ħafna Laburisti bħala azzjoni vendikattiva kontra tiegħu. Infakkar li Manwel Cuschieri kien dejjem hemm wara l-Partit Laburista fiż-żmien tajjeb jew ħażin ta’ dan il-partit. Dejjem kien hemm. Dan wassal biex issa ġie kkreat kurrent kontra l-istess Robert Abela.
Il-fatt li Manuel Cuschieri spiċċa jittrasmetti il-programm li kellu fuq is-social media – għaliex ma jistax jagħmlu aktar fuq il-mezzi tal-Partit Laburista – juri l-ingratitudini kbira lejn Manwel Cuschieri. Imma tidher li r-raġuni tinsab fil-fatt li hemm biża fil-fazzjoni ta’ Robert Abela li Joseph Muscat jagħmel comeback politiku u jisfidah fil-kariga ta’ kap tal-partit. Jekk dan is-seħħ – dan hu l-biża’ – Cuschieri żgur ikun fil-kap ta’ Muscat.
Imma dak li għaddej minnu Manuel Cuschieri huwa biss waħda mill-ingratitudnijiet mill-Partit Laburista lejn Laburisti oħra li nafu biha. Hemm ħafna oħrajn li qed isoffru ingratitudnijiet fis-silenzju. Hemm nies li taw kontribut kbir fil-Partit Laburista, speċjalment meta kien fl-Oppożizzjoni u llum twarrbu. B’hekk dan il-kamp ta’ nies imweġġgħin qiegħed jikber. Dan qed iwassal biex jikber is-sentiment ta’ dwejjaq fil-Partit Laburista. Hemm dwejjaq kbir fost ħafna Laburisti għaliex qed iħossuhom mhux smati.
Id-differenza bejn il-Lejber u l-PN tinsab hawn. Fil-Lejber hemm aktar il-kapaċita’ li jżommu dan id-dwejjaq ġewwa fihom. Dan ġej mill-fatt li qiegħed fil-gvern waqt li l-PN qiegħed fl-Oppożizzjoni allura huwa aktar faċli li jkun hemm kritika fil-beraħ. Imma wieħed għandu jibqa’ żgur li dan id-dwejjaq li hemm illum fil-Partit Laburista għad narawh ħiereġ fil-beraħ ukoll.
Tant kemm dan hu minnu li Jason Micallef, li jmexxi l-One, ħareġ stqarrija li ġiet mitqiesha bħala dikjarazzjoni ta’ gwerra kontra l-kamp ta’ Robert Abela. Micallef jagħmilha ċara li hu ma kellu xejn x’jaqsam bħala kap tal-istazzjoni One mad-deċiżżjoni li l-programm ta’ Manuel Cuschieri jitwaqqaf. Micallef jgħidha ċara, li din kienet deċiżjoni meħuda mill-Partit Laburista. Fi kliem ieħor, kienet deċiżjoni li ħa Robert Abela nnifsu.

bir rispett kollu,,,, Manuel Cuschieri
MA SAB APPOGG MINGHAND HADD
………..LANQAS MINGHANDEK JASON ………. Ara meta jiena kelli laqgha mieghu fic centru laburista bhala customercare tal Partit. kif ra l-ewwel zewg ittri qalli ‘ dan ghalfejn ghamlulek hekk ? din tieghek, Ta lanqas ghal ftit sekondi lil Manuel Cuschieri , tani appogg. ..
Dwejjaq u kif. Kull minn kellhu x’jaqsam ma Joseph Muscat, il-biċċa l-kbira Robert Abela warrabhom. Ohrajn hallihom ghax jew minn ta’ gewwa jew hbieb tieghu. Kurt Farrugia, Johan Grech, Mark Mallia u ohrajn R Abela ma warrabomx. Ma setax forsi. Warrab anka nies bhal Chris Agius u ohrajn li kienu l-ghażla ta’ nies. Fejn jista’ jasal aktar. L-anqas sirt narfu l-Partit.
He should go and make the program on Fliving TV.
I think they stopped him because in future both parties want to change our constitution. And Manuel and many others are against it.