Bernard Grech iwarrab lid-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo tal-Mosta talli ma vvutax miegħu favur emendi fl-IVF li huma de facto abortivi

Issa hija ċara ħafna li dawk it-tliet deputati Nazzjonalista li ma mxewx ma’ Bernard Grech u vvutaw kontra l-emendi tal-IVF qed jiġu mwarrba mill-Partit Nazzjonalista. Dawn mhux qed jingħataw spazju fuq il-media tal-Partit jew jissejħu biex jagħtu xi konferenza stampa dwar is-suġġett li huma l-kelliema tiegħu.

Dan ħareġ ċar minn konferenza stampa li ngħata riċentement dwar il-faqar f’Malta li dejjem qed jikber. Għal din il-konferenza stampa ssejħu d-deputati Rebekah Cilia u Charles Azzopardi. Imma jekk hemm deputat li bil-provi jaħdem fil-PN kontra l-faqar u jgħin lin-nies fil-bżonn, dan hu Ivan Bartolo tal-Mosta. Dan ma ġiex mistieden għal din il-konferenza stampa. Fuq kollox dan hu l-kelliem ewlieni kontra l-faqar fil-Partit Nazzjonalista! Dan hu messaġġ ċar li Ivan Bartolo tal-Mosta diġa’ beda jitwarrab.

Dan qed jiġi nnutat mid-deputati tiegħu stess tant li dawn qed jgħidu kif jistgħu jafdaw lil Bernard Grech fit-tmexxija ta’ partit poltiku, meta dan jemmen li dak li jgħid hu biss hu tajjeb? Żgur li din mhix l-aqwa don ta’ leadership skills!

Issa ħiereġ aktar ċar li meta Bernard Grech jitkellem fuq dixxiplina jfisser “ara ma tkunx kontra tiegħi” u b’kontra tiegħu jfisser ara ma taqbilx ma dak kollu li ngħid jien. Jekk persuna ma taqbilx miegħu, ikun ifisser li dik il-persuna ser tibqa’ barra. Inkun ifisser li m’intx ser tkun mgħajjat biex tagħti xi konferenza stampa. Ikun ifisser li tibda titkeċċa ftit ftit. Ma jgħidx li jrid jwarrbek iżda ta’ madwaru jgħinuh biex tkun iwarrab fil-ġenb u dan għaliex turi l-fehma tiegħek.

Dan il-kap tal-PN qalilna li kien jgħajjat għall-ġustizzja u liberta’ anki jekk spiċċa gawda meta tela’ l-gvern ta’ Alfred Sant fil-gvern fl-1996. Illum dan spiċċa jmexxi partit li ġabu ma jafx xi tfisser ġustizzja u liberta’!

B’hekk din il-press conference kixef ħafna affarijiet ta’ kif qed taħdem il-magna tal-Partit Nazzjonalista taħt Bernard Grech. Issir press conference fuq il-faqar u jiġi warrab għal kollox l-Onorevoli Ivan Bartolo tal-Mosta li hu l-kelliemi tal-PN għall-faqar. Minfloku tkellmu żewgt deputati oħra.

B’hekk il-PN taħt Bernard Grech sar, aktar minn qatt qabel, il-partit li jwarrab lin-nies. Minflok jara kif iġib miegħu lill min ma jaqbilx miegħu, jipprova jwarrbu. U jekk il-PN jwarrab lid-deputati tiegħu stess, ara kemm ser ikun jimpurtah minn dawk li xi darba ħassew li ġew imwarrba minn dan l-istess partit u llum bierdu?

One thought on “Bernard Grech iwarrab lid-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo tal-Mosta talli ma vvutax miegħu favur emendi fl-IVF li huma de facto abortivi

  1. Bernard u min poggih hemm iridu iwarbu!
    Tlifna b elfuf kbar ergajna tal Misthija
    Bernard Grech ma jispirakx, dubji kbar x qed issir fuq livel ta Pjan Finanzjarju.
    Bernard mhux Leader imma kummentatur politiku

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *