Mark Camilleri giddeb lil Manuel Delia dwar l-avukat Arthur Azzopardi

Meta Jacob Borg ta’ The Times ħareġ it-Tnejn li għadda bl-istorja ta’ x’qal l-avukat Arthur Azzopardi dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, Mark Camilleri tella’ kumment bl-Ingliż fejn qal li Arthur Azzopardi mhux qed jgħid il-verita’ dwar dak li jaf fuq il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Anzi Camilleri jakkuża lil Arthur Azzopardi li qiegħed “distorting” is-sewwa għall-iskopijiet tiegħu.

Jien mhux ser nidħol jekk hux qed jgħid il-verita’ jew le. Dak li hu żgur – u dan ġa ppruvajtu – li Arthur Azzopardi qed jgħid nofs veritajiet u nofs veritajiet huma agħar minn gidba. Imma meta jien kont semmejt il-fatt li isem (u mhux il-kunjom ta’ Arthur Azzopardi għax ma kontx nafu) f’artiklu li ktibt, dan fetaħ libell kontra tiegħi. JIen kont irreferejt f’dak l-artiklu għal fatt li dan l-avukat issemma fil-kompilazzjoni ta’ evidenza kontra l-aħwa Degiorgio u b’hekk tlabt li jkun hemm investigazzjoni mill-pulizija. Arthur Azzopardi ma jiġri jiftaħli libell u l-media kollha, ibda mill-Malta Today tellgħu din l-istorja biex jagħtu palata lil Arthur Azzopardi.

Imma l-istorja ma waqfitx hawn. L-artikolista li jgħid li jinsab fil-periklu – jiġifieri Manuel Delia -kiteb artiklu sħiħ biex jiskolpa lil Arthur Azzopardi minħabba li ismu jissemma’ fir-recordings ta’ Melvin Theuma u qal li dan issemma’ fihom bħala “depistaggio”. Dan il-kumment ta’ Mark Camilleri igiddeb dak li kiteb Manuel Delia fuq Arthur Azzopardi.

Imma jidher li sieħeb Manuel Delia, jiġifieri, Mark Camilleri għandu opinjoni differenti dwar Arthur Azzopardi minn Manuel Delia għaliex qed jgħidlu li għandu ħafna xi jxomm! Mela x’interess kellu Manuel Delia biex jaqbeż għal Arthur Azzopardi? Infakkar li l-Ewropa tat flus lil Manuel Delia għax miskin dan jinsab fil-periklu minħabba dak li qed jikteb fil-blogs tiegħu!

Infakkar li dan il-bniedem, jiġifieri, Manuel Delia, kiteb ktieb flimkien mal-kanċilliera tal-arċisqof Scicluna mimli gideb fuq in-nies u l-arċisqof Scicluna ma ddejjaqx jidher miegħu b’mod uffiċjali! Min jaf għalfejn?

Nagħlaq billi ngħid lil Mark Camilleri li jekk fil-politika Maltija hemm persuna li huma qrib jew aħjar għandu xi link ma’ Keith Schembri, din żgur mhix Adrian Delia – kif allega fil-post tiegħu – imma Jason Azzopardi. Biex nuża kliem Mark Camilleri stess, il-link bejn Keith Schembri u Jason Azzopardi ma’ jgħaddix tramit xi avukat imma żgur grazzi għal relazzjonijiet familjari, li konvenjentament il-media qatt ma titkellem dwarhom!

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *