Il-laqgħa ta’ djalgu li jmiss ta’ Edwin Vassallo ser issir f’Għawdex nhar 18 ta’ Lulju fis-7.30 pm fl-Oratorju ta’ Don Bosco fir-Rabat

Il-laqgħa ta’ djalgu li jmiss ta’ Edwin Vassallo ser issir ġewwa Għawdex. Waqt li nawguralu kull suċċess għaliex hu wieħed mill-ftit li għadu jemmen f’demokrazija parteċipattiva, fejn il-laqgħat man-nies ma jsirux biss fi żmien ta’ kampanja elettorali imma dejjem, b’ħidmitu qed jagħti tweġiba lil ħafna politiċi Maltin.

Edwin Vassallo baqa’ konsistenti mal-ħsieb tiegħu u miegħu nnifsu. Għalhekk dejjem ammirajtu u tajtu l-appoġġ tiegħi u ta’ dan is-sit.

Jidher li Edwin Vassallo qed jaddotta strateġija li jibqa’ attiv fil-politika imma jaħdem minn barra waqt li jisfida b’mod pożittiv il-ħsieb b’mod partikolari fil-Partit Nazzjonalista.

Wieħed jispera li l-Għawdxin jagħtuh l-appoġġ tagħhom.

One thought on “Il-laqgħa ta’ djalgu li jmiss ta’ Edwin Vassallo ser issir f’Għawdex nhar 18 ta’ Lulju fis-7.30 pm fl-Oratorju ta’ Don Bosco fir-Rabat

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *