Jeżisti recording ta’ Arthur Azzopardi jitkellem dwar min huma l-assassini ta’ Daphne Caruana Galizia

Meta l-ġurnalista ta’ Reuters, Stephen Grey, beda is-sensiela dwar l-istorja tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, iddeċida li jibda’ b’intervista mal-avukat Arthur Azzopardi. The Times tatna din l-aħbar bħala l-aħbar tal-ġurnata u qaltilna x’qal l-avukat Arthur Azzopardi lil dan il-ġurnalista. Arthur Azzopardi qal lil Stephen Grey li informazzjoni dwar l-investigazzjonijiet tal-pulizija kienet qed tkun “leaked to the underworld”. Fost informazzjoni li ġiet leaked kien hemm dik dwar ir-raid perikoluż li kien sar mill-pulizija fuq dawk suspettati fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia ġewwa l-Marsa. Ilbieraħ, dan is-sit tella’ artiklu fejn intwera bil-provi, li Azzopardi ma kien qed jgħid xejn oriġinali għaliex Yorgen Fenech kien ġa tkellem dwar dawn il-fatti u semma l-isem tal-persuna li kienet qed toħroġ l-informazzjoni jiġifieri l-istess spettur Keith Arnaud.

Issa dak li hu interessanti, li din l-istorja dwar Arthur Azzopardi ġiet miktuba għal The Times minn Jacob Borg. Jacob Borg fakkarna li Arthur Azzopardi kien eks-avukat ta’ wieħed mill-qattiela ta’ Daphne Caruana Galizia, jiġifieri Vince Muscat il-Koħħu. Borg qalilna li skont din l-aħħar revelazzjoni ta’ Azzopardi lil dan il-gurnalist ta’ Reuters, Arthur Azzopardi kien ġie approċċjat minn “intermedjarju” li Azzopardi ma qalx x’jismu. Imma Azzopardi qalilna li min approċċjah tah dettalji dwar il-pjan tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Inkun qed ngħid sew, għaliex din kont ser nistaqsiha fil-qorti fil-kawża ta’ libell li l-istess Azzopardi qed jagħmilli dwar dak li ktibt fuqu, li dan l-intermedjarju qallu l-ismijiet tal-mandanti ta’ dan id-delitt u dan l-intermedjarju kellu informazzjoni ta’ kull ma kien qed jiġri fil-pulizija nkluż l-investigazzjonijiet li kienu qed isir fil-korp u fuq min verament waqa’ is-suspett tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia?

Din kont ser nagħmililu fil-qorti imma issa ser nagħmililu hawn fuq dan is-sit. Vera li Azzopardi ġie mogħti tagħrif fuq l-investigazzjonijiet tal-bidu tal-pulizija u li fihom kien infurmat bl-ismijiet tas-suspettati u l-veru masterminds f’dan id-delitt? Vera li dawn kienu erba’, kollha rġiel, tlieta avukati u wieħed le? Vera li wieħed mill-avukati huwa eks-Ministru tal-Gvern? U nkun qed ngħid sew li Yorgen Fenech ma kienx msemmi bħala wieħed minn dawn il-mandanti?

U dan kollu seħħ meta l-media kollha, inkluż Jacob Borg, kienu – għal raġunijiet li jafu huma – qed jgħidu li Yorgen Fenech huwa l-mandant ta’ dan il-qtil. Infakkar li l-kummissarju tal-pulizija attwali tagħna qal li kull min kellu x’jaqsam ma dan id-delitt inqabad. Inqabad my foot!!!

U ħa nagħti parir żgħir lil Azzopardi. Oqgħod attent kif twieġeb għaliex jeżisti recording tiegħek titkellem dwar dan kollu. Jien smajtu għaliex xi ħadd semmahuli wara li int ftaħtli din il-kawża ta’ libell imma ma ngħatajtx kopja. Kieku kont nippreżentaha fil-qorti jew nippubblikah. Issa jekk irid, jista’ jgħid lill-avukat tiegħu, li b’kumbinazzjoni hu l-avukat tal-familja Caruana Galizia, biex jippreżenta dan l-artiklu tiegħi bħala xhieda fil-qorti fil-kawża ta’ libell li l-istess Azzopardi qed jagħmel kontra tiegħi kif ġa ppreżenta artikli oħra li jien ktibt fuqu!!!

Nixtieq inkun naf jekk Stephen Grey ta’ Reuters jafx b’dan kollu u jekk staqsiex lil Arthur Azzopardi dwar dawn il-fatti? Fuq kollox hu interessanti wieħed jistaqsi jekk Grey staqsiehx lil Azzopardi għala ismu jissemma aktar minn darba fir-recordings ta’ Melvin Theuma inkonnessjoni ma’ dan il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia? U interessanti nkunu nafu jekk Stephen Grecy kellimx lil Azzopardi u staqsieh għala ried iġiegħel lil Koħħu jibdel il-verżjoni li kien ta lill-pulizija dwar dan id-delitt? Din ma għidthiex jien imma qalha l-Koħħu stess fil-qorti.

Skont Azzopardi dan l-intermedjarju qallu biex jipprepara għall-arrest ta’ wieħed mill-akkużati għaliex hu kien ser ikun l-avukat tiegħu. Imma Azzopardi qatt ma semma l-isem ta’ dan l-intermedjarju, imma nafu lil min irrappreżenta Azzopardi bħala avukat, jiġifieri lil Vincent Muscat, il-Koħħu. Mela x’interess kellu Azzopardi li jġiegħel lil Vince Muscat, il-Koħħu, biex jibdel il-verżjoni li ta lill-pulizija? Skont Muscat, kieku għamel hekk kien iwaqqa’ s-sema fuqu. Jiġifieri kien jinqabad jigdeb.

Min-naħa tiegħu Azzopardi qal li ma marx għand il-pulizija għax beża’ minn xi leak imma mbagħad ma ddejjaqx jiltaqa’ mal-klijent tiegħu, jiġifieri Muscat, quddiem Arnaud biex jgħidlu biex jibdel il-verżjoni li ta lill-pulizija u għax Vince Muscat il-Koħħu ma biddilix, hu ma baqax jirrappreżentah bħala l-avukat tiegħu.

Għandu raġun Azzopardi jgħid lil Grey li ma setax jiekol u l-anqas jorqod u ma kellux enerġija u ma setax jimxi sewwa u kien qed ipejjep bħal li kieku ma hemmx għada! Dak li ma kienx jafx – u kieku jien l-anqas norqod aktar – huwa li għandu ħalqu kbir u spiċċa rrekordjat dwar x’qal minn huma l-veru assassini ta’ Daphne Caruana Galizia. Nerġa’ ngħidlu li meta kien qed jitkellem dwar il-veri assassini lil Yorgen Fenech ma semmiehx.

Anzi minn dak li qal Azzopardi lil Reuters joħroġ ċar li Yorgen Fenech qed jgħid il-verita’ għaliex li qal Azzopardi dwar informazzjoni li kienet qed toħroġ mill-korp tal-pulizija, ġa qalu Yorgen Fenech fil-qorti fil-kawża ċivili li l-istess Fenech kien għamel quddiem l-imħallef Wenzu Mintoff. Ara din ix-xhieda, u l-kontenut tagħha, il-ġurnalisti ta’ The Times, u tal-Media Indipendenti, qatt ma tkellmu dwarha.

Dak li hu interessanti li l-pulizija ma fetħux investigazzjoni fuq dak li qal Yorgen Fenech lill-imħallef Mintoff. Aħseb u ara kemm kien ser jinvestigaw lil Arthur Azzopardi dwar il-mod kif issemma fir-recordings ta’ Melvin Theuma u għax tlabt investigazzjoni, Arthur Azzopardi fetaħli kawża ta’ libell!

2 thoughts on “Jeżisti recording ta’ Arthur Azzopardi jitkellem dwar min huma l-assassini ta’ Daphne Caruana Galizia

  1. dan il.kas fieh hafna kliem pero ma nistax nifhem fejn qedha l-verita ghax kulhadd qed jibza min xi haga li tista twassal ghal xi qtil.makabru iehor u il-verits tibwa mistura. Peroa nistax ingerrah il fatt ghaliex iben ta Daphnie halla l-karozza barra ix-xatba u il kompjuter ittiehed il Germanja biex jekk hemm xi haga dwar il kas tibqa mistura . Jiena ma nafx kif il ‘pulizija ma arrestatx lill iben Daphnie u ntalab li kompjutet jigi taht idejha biex forsi tohrog xi verita u l’kas ifittex jigi solvut

    1. Inti ma taf lil hadd li ghandu garage imma kultant jipparkja barra xorta? Specjalment fi triq vojta? Trid tghid li allura binha stess kellu x’jaqsam mal qtil? Sa dak il livell waqajna?
      Il laptop kieku ma haduhx malajr il germanja, bhall mobile ta Keith kien jigrilu.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *