Bernard Grech jinsab waħdu u ma jistax jafda l-grupp parlamentari tiegħu stess: qed jitlef l-appoġġ anki fl-esekuttiv u anki fl-amministrattiv.
Dan is-sit jinsab infurmat li Bernard Grech illum hu f’sitwazzjoni ddisprata u dak qrib tiegħu jgħidu lil-Kap tal-Partit Nazzjonalista iġġieled ma’ dawk kollha li ħadmu għalih sal-punt li ma jistax jafda lanqas il-membri tal-Grupp Parlamentari tiegħu stess.
Bernard Grech jaf li jinsab f’sitwazzjoni ta’ disprament tant li l-uffiċċju tiegħu organizza BBQ għal darba, darbtejn u t-turnout tkun waħda mill-aktar fqira.
Li Bernard Grech għandu qasma fil-Grupp Parlamentari hi magħrufa, imma li hu mhedded minn xi wħud għad trid toħroġ. Bħalma trid tidher aktar in-nuqqas t’appoġġ li qatt ma basar mill-Amministrattiv tal-Partit u issa anki minn dak Esekuttiv. Għaliex anki f’dawn l-istrutturi qed jitlef l-appoġġ li kellu.
Bernard Grech bena fuq ir-ramel u tant tkaxkar li l-pedamenti mhumiex isibu sisien sodi, biex spiċċa poġġa lil PN fi kriżi serja. Jekk wieħed janalizza r-rapporti u l-opinjonijiet li dehru fuq ġurnali lokali fil-jiem li għaddew, jara ħsieb komuni li partit immexxi minn Grech jinsab f’nagħsa profonda u issa qed tiġi rrepetuta s-sentenza li kienet iddominat ix-xena politika tas-sittinijiet “tagħmilx storbju għax tqajjem lit-tmexxija Nazzjonalista.”